Reference: 81/1999/1

Judgement Details


Date
28/07/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs ABDILLA GAETANO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP, REATI KONTEMPLATI HUMA PROSEGWIBBLI EX OFFICIO - RESPONSABILITA` VIKARJA, ELEMENTI TA`
Summary
Ir-reati kontemplati fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp ma jirrikjedux xi kwerela jew awtorizzazzjoni jew letter to prosecute da parti ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.

Dawn ir-reati huma reati prosegwibbli ex officio mill-Pulizija Ezekuttiva, ghalkemm, mill-punto di vista prattiku, il-Pulizija rarament tista' tkun taf li jkun gie kommess, jew li jkun qed jigi kommess, wiehed minn dawn ir-reati jekk ma tircevix rapport jew kwerela minghand xi hadd. Normalment tali rapport jew kwerela jigi minn naha ta' l-imsemmija Awtorita`; pero` tali rapport jew kwerela (jew letter to prosecute jewawtorizzazzjoni) ma hix mehtiega mil-lat procedurali sabiex il-Pulizija tipprosegwixxi kontra dak lijkun.

Biex direttur (jew persuna ohra msemmija fl-Artikolu 13 ta' Kap. 249) ma jkunx vikarjament responsabbli ghar-reat kommess mill-kumpanija jew socjeta` irid jipprova, imqar fuq bazi ta' probabbilita`, mhux biss li hu ma kienx jaf li kien sar ir-reat izda wkoll (mhux jew) li hu kien ezercita id-diligenza kollha xierqa biex jigi evitat dak ir-reat. Tali diligenza ma tistax tikkonsisti filli persuna semplicement thalli f'idejn haddiehor biex iwettaq pjan, ordni jew xi management partikolari, ghax altrimenti jkun facli ghal dak li jkun li jahsel idejh mir-reponsabbilta` penali (f'dan il-kaz vikarja) billi jghid, per ezempju, li ta ordni lis-subaltern tieghu u li kien dan is-subalterntieghu li ma wettaqx l-ordni. Il-ligi tirrikjedi li dak li jkun ikun ezercita d-dilgenza kollha xierqa, u dan normalment ifisser li dak li jkun irid ikun ha attivament passi biex jassigura l-osservanza tal-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info