Reference: 754/2000/1

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE LOUIS vs THEUMA ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, AB OMISSA DECISIONE - SENTENZA, AB OMISSA DECISIONE - SENTENZA, ECCEZZJONI TAL-INKOMPETENZA TRID TIGI DECIZA B`KAP SEPARAT - SENTENZA, L-ECCEZZJONIJIET KOLLHA SOLLEVATI JRIDU JIGU KUNSIDRATI - SENTENZA, META L-QORTI TONQOS MILLI TINDIRIZZA ECCEZZJONI LI TKUN GIET SOLLEVATA - SENTENZA, NULLITA` META ECCEZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JIGU DECIZI B`KAP SEPARAT MA JIGUX HEKK DECIZI - SENTENZA, NULLITA` TA`
Summary
L-Artikolu 218 tal-Kap. 12 jiddisponi li "fis-sentenza ghandhom qabel xejn jinghataw ir-ragunijiet li fuqhom il-qorti tkun ibbazat id-decizjoni taghha, u ghandu jkun hemm fiha wkoll riferenza ghall-procedimenti, ghat-talbiet ta' l-attur u ghall-eccezzjonijiet tal-konvenut".

L-Artikolu 219 jiddisponi li "kull dikjarazzjoni li l-qorti trid li tkun deciziva jew obbligatorja, ghandha tigi mdahhla fid-disposittiv".

Sabiex tigi rikonoxxuta l-vera portata ta' sentenza huwa mehtieg illi ssir indagini ta' x-kienet il-kwistjoni li l-Imhallef gie mitlub li jippronunzja ruhu dwarha u d-diskussjoni li tkun ipprecediet il-gudizzju tieghu u billi jigi ezaminat id-disposittiv li jkun ipprecedal-gudizzju tieghu u billi jigi ezaminat id-disposittiv fl-intier tieghu, u billi l-istess jigi mqabbel mal-parti motivazzjonali tas-sentenza, li minkejja ma tohloqx gudikat, meta l-parti disposittivatigi mfassla f'termini generici, is-sinjifikat taghha jista' jigi ristrett permezz tal-konsiderazzjonijiet li jkunu immotivawha.

Il-gudikat ma johrogx mill-motivazzjoni izda mid-dispozittiv.Dak li hu antecedenti jew konsegwenza necessarju tad-dispozittiv, u li hu tabilfors deducibbli minnu, jista' jitqies involut fih u parti minnu, jekk ikun ovvjament u necessarjament deducibbli.

L-'ab omissa decisione' hi korrelata biss mas-sitwazzjoni fejn il-qorti ta' l-ewwel grad thalli barra mid-decizjoni wahda mit-talbiet proposti. Dan hu bil-wisq evidenti minn dak propagat fl-Artikolu235 tal-Kap 12. U ghalhekk mhiex applikabbli meta t-tribunal jommetti li jiddeciedi eccezzjoni ta'"non bis in idem" ghax dik hija eccezzjoni, u mhux talba".

L-Artikolu 730 tal-Kap. 12 jipprovdi illi "l-eccezzjoni ta' inkompetenza jew ta' illegittimita` ta' persuna, u l-eccezzjonijiet ta' transazzjoni, arbitragg, res judicata, preskrizzjoni jew nullita` ta' atti, ghandhom jigu decizi b'kapi ghalihom, qabel, jew flimkien mas-senteza fuq il-meritu".

Tali nuqqas tad-decizjoni taghhom tikkostitwixxi nullita`.

Il-ligi ma tiddikjarax espressament in-nullita` tas-sentenza kollha li tkun ippronunzjat ruhha fuq il-mertu izda tkun naqset milli tiddeciedi b'kap separat l-eccezzjonijiet kontemplati fl-Artikolu 730 tal-Kap. 12, izda bis-sahha ta' l-Artikolu 789 ta' l-istess Kap.12 l-eccezzjoni tan-nullita` ta' l-atti gudizzjarji hija wkoll ammessa meta l-att jikkontjeni vjolazzjoni tal-forma stabilita mill-ligi, anki minghajr prova ta' nullita`, bid-differenza li tali vjolazzjoni tkun holqot lill-parti li tqajjem in-nullita` pregudizzju li ma jkunx jista' jigi sanat jekk mhux billi l-att relattiv jigi annullat.

In-nullita` lanqas ma hi salvabbli b'dak dispost fl-Artikolu 790 tal-Kap 12 billi eccezzjoni bazata fuq in-nuqqas ta' gurisdizzjoni hi eskluza mill-portata ta' dan id-dispost ghal dak illi jinghad fih, jigifieri li l-eccezzjoni tan-nullita` tas-sentenzaappellata ma ghandiex tintlaqa' jekk is-sentenza tkun gusta fis-sustanza taghha. Il-qaghda kienet tkun differenti kieku si trattava, ad exemplum ta' eccezzjoni ta' preskrizzjoni li ma tkunx giet deciza.

L-artikolu 790 flimkien ma' l-artikolu 789 huwa annoverat taht it-Titolu "Fuq l-Eccezzjoni ta' nullita` ta' atti gudizzjarji" u ghalhekk l-artikolu 789 huwa applikabbli kemm ghad-digrietikif ukoll ghas-sentenzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info