Reference: 40/1992/1

Judgement Details


Date
10/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CARUANA MICHAEL vs MICALLEF EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - ECCEZZJONIJIET, KOMPETENZA TRID TIGI DETERMINATA MILL-QORTI LI QUDDIEMHA TIGI SOLLEVATA - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 199 - LOKAZZJONI, INKWILIN JISTA` JITLOB ZGUMBRAMENT TA` TERZ MILL-FOND LOKAT - LOKAZZJONI, KIRJA LI TKUN FIL-FAZI TA` RILOKAZZJONI MA TISTAX TINTIRET JEKK MHUX BIL-MOD PROVDUT FIL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BLA TITOLU
Summary
Huwa ben akkolt fil-gurisprudenza taghna illi ghall-ezami jekk detentur ta' fond ghandux titolu jewle huma l-Qrati ordinarji. Dan fis-sens li l-Qorti ghandha tistabilixxi mhux biss l-ezistenza tat-titolu izda wkoll jekk dan it-titolu huwiex wiehed validu. Huwa biss meta l-Qorti ordinarja tistabilixxi li dan it-titolu jezisti, fis-sens illi d-detentur ta' fond qieghed jokkupah b'titolu ta' lokazzjoni, illi allura dik il-Qorti ma tibqax hekk kompetenti.

L-Artikolu 2 tal-Kap. 199 jiddefinixxi "kerrej" bhala li "jinkludi kull membru tal-familja li jkun cessjonarju tal-kirja". L-istess dispost imbaghad ifisser "cessjonarju tal-kirja" bhala li tinkludi sub-konduttur u, meta ma jkun hemmla persuna li lilha tkun giet ceduta l-kirja u l-anqas sub-kunduttur, il-persuna li tkun attwalmenttgawdi l-kirja bil-kunsens espress jew tacitu tal-kerrej, u "cessjoni" ghandha tinftiehem skond hekk.

Indubbjament ma huwiex necessarju li tali ftehim jigi redatt bil-kitba biex jakkwista l-kwalita` ta' cessjonarju tal-kirja skond il-ligi.

Biex persuna takkwista t-titolu ta' kerrej skond it-test tal-ligi mhux bizzejjed li jkun sempliciment "cessjonarju tal-kirja" izda jrid ikun ukoll "membru tal-familja" li mal-frazi hi abbinata proprjament il-frazi l-ohra "cessjonarju tal-kirja".

Skond kif definita l-frazi, "membru tal-familja" tfisser "axxendent lineari, dixxendent lineari, armla jew armel, ragel tat-tifla, u l-armla tat-tifel sakemm ma tergax tizzewweg, tal-kerrej".

Skond il-gradwatorja ben definita fil-ligi (Art 2) "wara l-mewt tal-kerrej" jidhlu fl-ordni ta' preferenza meta ma jkunx hemm membru tal-familja cessjonarju tal-kirja, "kull membru tal-familjali jkun legatarju jew li, matul l-ahhar sena minnufih qabel il-mewt tal-kerrej, kien jghix mal-kerrej jew kien jahdem ir-raba mieghu jew ghalih jew ikun il-werriet tal-kerrej".

Minn dan desunthuwa kjarament ovvju illi l-abbinament jibqa' dejjem f'kull ipotesi tal-ordni ta' preferenza mal-istat li min hu intitolat ikun membru tal-familja tal-mejjet. Dan ighodd ukoll ghal sullokatur jew sub-konduttur billi kif jinghad mill-istess ligi "din il-kelma ghandha titqies f'dik ir-relazzjoni bhala li jkollha l-istess tifsir ta' kerrej fl-estensjoni shiha taghha".

Dejjem s'intendi sottintiz il-kwalifika u t-tifsira ta' membru tal-familja, filwaqt li hu minnu li kirja originali tintiretmill-eredi tal-kerrej 'ab intestato' li kieku t-terminu originali kien ghadu in korso, mhux l-istess jista' jinghad ghall-kirja li tkun fi stadju ta' rilokazzjoni. Il-ligi specjali li tirregola t-tigdid ta' kiri tar-raba tipprovdi regoli definiti li jirrestringu r-rilokazzjoni ghal dawk il-membrital-familja li hi tispecifika fid-definizzjoni fl-artiklu 2. Kien biss f'dawn ic-cirkostanzi li l-legislatur ried illi l-qbiela tghaddi u tkompli ex lege fil-persuna ta' "membru tal-familja" ta' l-inkwilin.

Hu pacifikament assodat illi min jakkwista l-inkwilinat ta' fond ghandu azzjoni diretta biex jizgombra lil min ikun qed jokkupa dak il-fond bla titolu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info