Referenza: 12/1992/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/07/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ZAMMIT ANTHONY vs CARNEMOLLA FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, PROVA TAL-BZONN TAS-SID - LOKAZZJONI, RIPRESA MINHABBA BZONN TAS-SID - ART AGRIKOLA
Fil-Qosor
Biex is-sid jirnexxi fl-azzjoni tieghu, ghalhekk biex jirriprendi pussess ta' raba mqabbel lil terzi, jinhtieg li fl-ewwel lok jissodisfa lill-Bord li r-raba jridu biex jahdmu personalment hu jew xi membru tal-familja tieghu ghal perijodu ta' mhux anqas minn erba' snin.

Sabiex titqies sufficjenti t-talba tar-rikorrenti ghar-ripreza hemm bzonn il-konkors taz-zewg kundizzjonijiet hemm imposticjoe sew li l-kerrej jipprova li r-raba jikkostitwixxi fonti ghal ghixien tieghu u tal-familja kemmli l-Bord ikun sodisfatt illi l-kerrej ibati aktar minn sid il-kera jekk it-talba tieghu tigi milqugha.

L-Artikolu 2 tal-Kap. 199 jipprovdi fit-tifsira tal-kelma "raba" bhala komprensiva ta' "kull art li tkun principalment mikrija ghall-koltivazzjoni ta' prodotti agrikoli, fjuri, sigar tal-frott jew dwieli u ghal skopijiet li ghadhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura, inkluz it-twaqqif ta' serer,cloches jew cold frames, izda ma tinkludix art intiza biex jirghu l-annimali".

Il-kelma 'raba' hija marbuta biex tfisser anqas minn dak li normalment tfisser u hija marbuta mal-produzzjoni agrikola 'ut sic' tant li hemm eskluza kull raba li hija mqabbla ghat-trobbija ta' l-annimali jew kacca, jew ghal pastorizja.

Alternattivament tista' tintalab ir-ripreza ghal skop ta' bini, anke ta' garage, billi dan hu konsentit lilu bis-sub-paragrafu (b) ghall-Artikolu 4 (2) tal-Kap. 199. Huwa mehtieg li r-rikorrenti jkun munit preventivament b'permess appozitu mill-Awtorita` kompetenti. Permess li kellu jkun jirrivesti "full development permit" u disponibbli fil-proceduri.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni