Reference: 1676/2000/1

Judgement Details


Date
26/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VITAFOAM LIMITED vs KOSMIPHARMA IMPORTS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, AZZJONI WAHDA BAZATA FUQ DIFETT MOHBI U KWALITA` DIFFERENTI MINN DIK PATTUWITA - BEJGH, RIMEDJI DISPONIBBLI LIX-XERREJ - KUNTRATT, DIFFERENZA BEJN REXISSJONI, NULLITA` U RIZOLUZZJONI - KUNTRATT, REXISSJONI - KUNTRATT, RIZOLUZZJONI
Summary
Meta l-haga mibjugha ma tkunx dik tal-kwalita' miftehma, wiehed ma jistax jitkellem dwar vizzju redibitorju, imma ta' kaz ta' nuqqas ta' twettiq tal-kuntratt li m'ghandha x'taqsam xejn mal-garanzija tal-vizzji redibitorji. Iz-zewg azzjonijiet ma joqoghdux flimkien, u dan sewwasew minhabba l-kawzaliinerenti ghal kull wahda minnhom, u kif ukoll ghar-rimedji partikolari moghtija lix-xerrej taht kullwahda;

Fil-qasam tal-azzjonijiet kuntrattwali, mbaghad, jezistu tliet ghamliet ta' azzjoni miftuha lix-xerrej: (a) l-azzjoni ghar-rizoluzzjoni tal-kuntratt minhabba nuqqas ta' twettiq tal-kuntratt mill-parti l-ohra (l-azzjoni tal-annullament); (b) l-azzjoni tar-rexissjoni tal-kuntratt minhabba vizzju tal-kunsens jew zball fuq is-sustanza jew il-kwalitajiet essenzjali tal-haga; jew (c) l-azzjoni mahsuba taht l-artikolu 1390, fejn l-haga ma tkunx tal-kwalita' miftehma. Fil-kaz ta' kull wahda mill-ahhar zewg ghamliet ta' azzjoni, jekk jintlaqghu, l-effett ikun li kollox jerga' lura ghall-istat li kien qabel il-bejgh;

Ghalkemm sottili, id-differenza bejn talba ghar-rexissjoni u dik ghar-rizoluzzjoni hija cara fil-ligi: fil-kaz tar-rexissjoni, il-kuntratt ikun jiswa, imma jkun difettuz u ghalhekk jista' jithassar; fil-kaz tar-rizoluzzjoni tal-kuntratt, dan ikun jiswa minn kollox, ma jkollu l-ebda difett kostitutiv, imma jkun suggett ghat-thassir tieghu minhabba li xi wahda mill-partijiet ma tkunx wettqet ir-rabta taghha taht l-istess kuntratt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info