Reference: 2264/2000/1

Judgement Details


Date
26/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
NAUDI RONALD NOE vs UNISPEED SHIPPING AND FORWARDING LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, AZZJONIJIET TAL-VETTURALI BL-ART JEW BIL-BAHAR - PRESKRIZZJONI, GHANDHA TIGI INTERPRETATA RISTRETTIVAMENT - PRESKRIZZJONI, IL-QORTI M`GHANDIEX TINDIKA LIEMA KIENET IL-PRESKRIZZJONI APPLIKABBLI GHALL-KAZ - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO
Summary
L-artikolu 2147(d) tal-Kap 16 jipprovdi li:

L-azzjonijiet hawn taht imsemmija jaqghu bi preskrizzjoni bl-eghluq ta' sena:

(d) l-azzjonijiet tal-vetturali bl-art jew bil-bahar, imsemmijinfl-artikoli 1628 sa l-1631, ghall-hlas tal-kirjiet u tal-pagi taghhom.

Meta wiehed iqis li l-artikolu 2147(d) jintrabat mal-artikoli 1628 sa 1631 tal-istess Kodici Civili u jara xi tghid il-ligi f'dak li jirrigwarda l-garr bil-bahar, wiehed isib li l-ligi tirreferi biss ghall-garr bil-baharb'opra jew dghajsa fil-limiti ta' Malta, jigifieri jew garr minn gzira ghal ohra jew garr min-naha ghal ohra tal-istess gzira. Tali rizerva tohrog ukoll fid-dispozizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att XI tal-1954;

Ir-regoli tal-preskrizzjoni, sewwasew minhabba n-natura taghhom u l-effett li jgibu maghhom fuq l-azzjoni attrici, ghandhom jinghataw tifsira ristretta u ma jitwessghux b'analogijajew implikazzjoni.

Pretensjonijiet li jissejsu fuq pretensjoni ta' servizzi (ta' garr) moghtija u mhux hlas ta' kera ("hire") jew paga ("wages") ma jaqghux taht l-Artikolu 2147(d). L-istess jghodd ghall-garr ta' merkanzija minn barra minn Malta ghal Malta.

Minbarra dan, huwa evidenti wkoll li l-kumpannija attrici ma tista' bl-ebda mod titqies bhala vettural kif imfisser fl-imsemmijaartikoli tal-Kodici Civili;

Minhabba dak li jipprovdi l-artikolu 2111 tal-Kap 16, il-Qorti hija marbuta li tqis biss il-preskrizzjoni specifika mressqa mill-imharrek u ma tistax minn rajha tqisli jezisti terminu preskrittiv iehor (ukoll jekk dan jezisti), ghaliex, jekk isir dan, il-Qorti tkun qeghda tindahal u "tissupplixxi ghall-parti eccipjenti f'materja odjuza li fiha ma tistax tiehu inizzjattiva";

L-eccezzjoni tal-preskrizzjoni trid tinghata tifsira restrittiva, u ghalhekk jekk ikun jezisti xi dubju dwar l-applikabilita' taz-zmien preskrittiv minn dak li jirrizulta mill-atti, tali dubju ghandu jmur kontra l-eccipjent. Dan ma jfisser bl-ebda mod li l-attur huwa mehlus milli jressaq provi konvincenti fl-istadju tal-provi fil-mertu, biex isejjes l-allegazzjonijiet tieghu;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info