Reference: 1915/1999/1

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
PACE EDMEA vs PAVIA EDWARD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
RES JUDICATA, EADEM CAUSA PETENDI - RES JUDICATA, EADEM PERSONAE - RES JUDICATA, EADEM RES - RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JASSORBI KULL ECCEZZJONI LI KIEN IMISSHA, JEW SETGHET, GIET SOLLEVATA FL-MERTU - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JIKKOMPRENDI DAK KOLLU LI SETA` GIE DISKUSS - RES JUDICATA, META L-PUNT KONTROVERS IKUN JIFFORMA PARTI MINN GUDIKAT - RES JUDICATA, ORDNI PUBBLIKU - RITRATTAZZJONI, ESKLUZJONI TAL-ISTITUT TA` RESTITUTIO IN INTEGRUM - RITRATTAZZJONI, L-UNIKU MOD LI BIH JISTA` JIGI DISTURBAT GUDIKAT - SENTENZA, EZEKUZZJONI TA` - SENTENZA, HATRA TA` NUTAR GHALL-PUBBLIKAZZJONI TA` KUNTRATT GHALL-EZEKUZZJONI TA`
Summary
L-eccezzjoni tal-gudikat ghandha bhala sisien taghha (a) l-interess pubbliku, u (b) hija mahsuba biex thares ic-certezza tal-jeddijiet li jkunu gew definiti b'sentenza, (c) li tbieghed il-possibilita'ta' decizzjonijiet li jmorru kontra xulxin, u (d) li taghlaq il-bieb li kwestjonijiet definiti jibqghu jinfethu bi hsara tal-jeddijiet stabbiliti b'sentenza li tkun diga' nghatat dwar dik il-vertenza. Illi minhabba l-fatt li dik l-eccezzjoni timmira li twaqqaf azzjoni li tkun altrimenti jisthoqqilha tigi meqjusa minn qorti, l-eccezzjoni tal-gudikat ghandha tkun ta' interpretazzjoni dejqa, tant li, f'kaz ta' dubju, il-gudikant ghandu jsib kontra dik l-eccezzjoni. Sentenza li tkun konfermata jewli minnha ma jigix intavolat appell issir, pero', irrevokabbli. In principju jinghad illi, jekk bejnit-talbiet tat-tieni kawza u dak li gie deciz fl-ewwel kawza jkun hemm kontradizzjoni u impossibilita' ta' ko-ezistenza, allura jirrikorri r-rekwizit tal-istess meritu.

L-elementi tal-gudikathuma eadem personam, eadem res u eadem causa petendi.

Hu maghruf li, ghalkemm ma jistax jigieccepit il-gudikat fid-difett tar-rekwizit tal-identita' tad-domandi, il-gudikat hu valevoli biex jiddefinixxi d-domanda sussegwenti li, ghalkemm mhux identika ghal dik definita bil-gudikat, tkun fondata fuq l-istess `ratio petendi'; u hemm lok ghall-eccezzjoni tal-gudikat anke meta l-meritu tal-kawza, ghalkemm distint minn dak tal-kawza ta' qabel, jifforma parti mill-istess haga, jekk il-punt kontrovers ikun l-istess; u ghalkemm, biex jista' jigi nvokat il-gudikat hemm bzonn l-identita' tal-oggett, din l-identita' ma hemmx bzonn tkun assoluta, basta li jkun hemm identita' fuq il-punt kontrovers, jew l-oggett fit-tieni citazzjoni jidhol bhala parti integrali tal-oggett aktar ampju dedott fl-ewwel citazzjoni.

Il-gudikat ma jintilifx bl-introduzzjoni ta' persuna ohra fil-kawza li l-presenza taghha ma tkunx strettament necessarja.

Huwa principju generali li l-gudikat jolqot ukoll eccezzjonijiet u argumenti li setghu gew sollevati f'gudizzju precedenti. Jekk parti, f'kawza precedenti titlob l-inforzar ta' kuntratt u tinghata sentenza a bazi ta' dak il-kuntratt, il-validita' ta' dak il-kuntratt ma tistax tigi diskussa f'gudizzju iehor. Darba kuntratt jigi invokat f'kawzau impoggi bhala l-bazi ta' dik l-azzjoni, kwalunkwe difisa li jista' jkollha effett li tinewtralizza jew twaqqa' dak il-kuntratt, (bhal, per ezempju, li l-parti l-ohra mhux proprjetarja u ma tistax tittrasferixxi titolu tajjeb), kellha tigi sollevata f'dak il-gudizzju, u darba li l-Qorti taghti effett lil dak il-kuntratt u tordna l-ezekuzzjoni tieghu, ma jistax, f'gudizzju iehor, jingiebu argumenti jew jitressqu provi bil-hsieb li jigi distrutt dak il-gudikat.

Jekk sentenza la tigi appellata u lanqas ritratta, tghaddi in gudikat b'mod li ma tkunx tista' tigi attakkata u hija rrevokabbli. L-interess tal-ordni pubbliku u c-certezza li taghti sentenza jigu menomati jekk kawza tkun tista' dejjem tinfetah mill-gdid fuq allegazzjoni li, min tilef, "skopra" xi fatt jew prova gdida! Jekkdan ikun premess, kull kawza tkun tista' terga' tinfetah, ghax zgur li l-parti telliefa tkun fi grad takkwista xi xhud, argument jew fatt iehor gdid. Taht certi cirkostanzi, l-ligi stess tippermettis-smiegh mill-gdid ta' kawza f'kaz ta' provi godda, izda dan tista' taghtih biss fil-limiti tal-procedura ta' re-trattazzjoni, u mhux b'mod iehor.

Sentenza li tinterpreta titolu determinat jewtistabilixxi l-effikacja tieghu, ghalkemm b'effett limitat, taghmel stat ta' haga gudikata bejn il-partijiet kontendenti anki b'effetti mhux espressament inkluzi fil-gudizzju.

Il-procedura ta'"restitutio in integrum", kienet tezisti fil-ligi antika ta' pajjizna, u l-Qrati taghna kienu jhossu li kellhom d-diskrezzjoni biex, f'cirkustanzi specjali, ihassru jew jimmodifikaw sentenza li ghaddiet in gudikat. Dan huwa poter li kien vestit fil-Praetor Ruma, u l-Imhallef taghna kienu jikkunsidraw li kellhom l-istess poteri u fakultajiet li kellu dan l-ufficjal; dan ir-rimedju, kien fil-fatt,uzat biex tithassar sentenza meta l-gudikat kien ihoss li, fic-cirkustanzi specjali tal-kaz, hekk kien jixraq.

Meta fis-seklu dsatax, gie promulgat il-Kodici ta' Procedura, dan ir-rimedju ma giex inkorporat fil-Kodici l-gdid, u giet, minflok, regolata s-sistema ta' ritrattazzjoni. B'din l-ahhar procedura, sentenza li ghaddiet in gudikat tista' wkoll tigi mhassra, izda biss f'cirkustanzi partikolari specifikati fl-istess Kodici, u basta l-azzjoni ssir f'terminu preskritt u bil-procedura appozita. Il-Legislatur, donnu, ma riedx li sentenza definittiva tkun tista' tigi mhassra fi kwalunkwezmien jew ghal kwalunkwe raguni li jkun lest jaccetta l-gudikant; ic-cirkustanzi li jistghu jwasslughat-thassir tas-sentenza, ma baqghux aktar fid-diskrizzjoni tal-gudikant (li seta' jaccetta jew majaccettax cirkustanza partikolari skond kif jidhirlu hu li kien gust), izda gew definiti b'mod oggettiv fil-ligi.

Nonostante din il-bidla, kien hawn, pero' min baqa' jahseb li l-istitu ta' ritrattazzjoni ma ssosstitwix l-istitut antik ta' "restitutio in integrum", u dan peress li l-Kodici ta' Procedura l-gdid, ghalkemm ma jirreferix ghal dak l-istitut, ma jhassrux espressament.

Madanakollu illum huwa konsistentement ritenut li r-rimedju tar-restituzzjoni in integrum bhala istitutindipendenti ta' impunjazzjoni ta' sentenzi definittivi ghandu jitqies li gie abbolit meta, fis-sistema tal-ligi taghha, gie organizzat l-istitut tar-ritrattazzjoni.

Il-ligi procedurali tistabilixxi tassattivament ir-rimedji tal-appell u tar-ritrattazzjoni biex jigu mpunjati sentenzi; m'huwiex konsentit li jigu adottati xi rimedji ohra oltre dawk dettati mil-ligi. Il-kuncett tar-restitutioin integrum m'huwiex aktar accessibbli f'cirkosntazi bhal dawn sa mill-pomulgazzjoni tal-Kodici ta'Organizazzjoni u Procedura Civili u bl-Ordinanza numru XI tal-1856 li ntroduca l-istitut ta' ritrattazzjoni.

Illum, jista' jizdied, hemm rimedju iehor biex tigi mhassra sentenza definittiva, barra mir-rimedji ndikati ta' appell u ritrattazzjoni, u dan bil-procedura ta' rikors Kostituzzjonalimeta jkun allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Kull sentenza li tinghata ghandha tigi esegwita fit-termini precizi taghha, u ma tistax tigi esegwita b'mod iehor. Iz-zmien ta' l-ezekuzzjoni ta' sentenza hu, pero', fid-diskrezzjoni tal-kreditur tal-obbligazzjoni, u dan jista' jaghzel hu meta jinsisti ghall-esekuzzjoni. Ovvjament, il-kreditur ma jistax jichad lid-debitur id-dritt li dan jonora l-obbligazzjoni f'terminu qasir wara s-sentenza.

In-Nutar li jippublika l-att m'ghandux jidhol fi kwistjonijiet ta' titolu jew provenjenza tal-proprieta', u lanqas m'ghandu jivverifika jekk il-proprieta' hijiex milquta b'ipoteki jew b'xi privilegg, ghax tali ricerka mhux biss tezorbita l-funzjoni tieghu, izda hu ghandu ordni mill-Qorti biex jippubblika l-att, u hekk ghandujaghmel. Jekk ikun hemm xi problemi dwar titolu jew djun li jolqtu l-proprieta', kien dmir tal-partijiet li jissollevaw dawn il-kwistjonijiet fil-kawza fejn gie mitlub l-ezekuzzjoni tal-konvenju; darba, pero', li l-Qorti ordnat il-pubblikazzjoni tal-att, in-Nutar ghandu jipprocedi u jara bis li r-rekwiziti procedurali li l-ligi titfa' obbligu fuqu, bhala ufficjal pubbliku, biex iharishom, ikunu,fil-fatt imharsa. Ghall-bqija, in-Nutar m'ghandux jidhol fil-meritu tal-kontenut tal-kuntratt, izdajipprocedi kif ordnat il-Qorti u skond it-termini tas-sentenza tal-istess Qorti. Il-ligi ta' bejgh tipprovdi hi stess protezzjoni ghax-xerrej, billi tipprovdi il-garanziji ta' pacifiku pussess u kontra difetti latenti, u l-venditur, anke f'kaz ta' tpartit, hu tenut b'dawn il-garanziji, sakemm ma gewx espressament eleminati mill-partijiet fuq il-konvenju, li ma jidhirx li hu l-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info