Reference: 308/1996/1

Judgement Details


Date
27/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA VINCENT vs BORG JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, KUNCETT TA` VJOLENZA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI
Summary
F'azzjoni ta` spoll, kwantu ghall-pussess, il-ligi tikkontempla l-pussess materjali, kien liema kien, u mhux il-pussess animo domini; u l-konvenut f'kawza ta' reintegrazzjoni mhux lecitu li jinvestigax-xorta ta' pussess ta' l-attur. Konsegwentement ghal din l-azzjoni l-ligi ma tirrikjedix il-provatal-legittimita` tal-pussess turbat, u takkorda r-reintegrazzjoni anke favur il-pussessur in mala fede.

Il-pussess li trid il-ligi fl-ispoljat ghall-fini ta' l-azzjoni ta' reintegrazzjoni ma hemmx bzonn ikun il-pussess b'titolu ta' proprjeta` jew ta' servitu`, izda bizzejjed pussess kwalunkwe, anzi purament materjali u di fatto. Anki pussess qasir hafna, u sahansitra pussess momentaneu, huwa bizzejjed biex jawtorizza l-azzjoni ta' spoll.

L-indagini tal-Qorti ghandha tkun limitataghal fatt tal-pussess jew detenzjoni. Indagini limitatissima, rigoruza u skarna li ma tinsab f'ebdalegislazzjoni ohra u ghalhekk, bir-rispett kollu ghal decizjonijiet li ppermettew indagnijiet ibbazati fuq x'jghidu u ma jghidux guristi u awturi Francizi u Taljani, huma ghal kollox irrilevanti u inapplikabbli fil-kuntest ta' l-ordinament guridiku taghna.

F'materja ta' spoll, u ex-Artikolu791 tal-Kapitolu 12, ma tistax tigi konsentita ebda eccezzjoni qabel ma ssir ir-re-integranda, ukollghaliex l-azzjoni intentata hi ta' ordni pubbliku fejn "il-fini taghha huwa dak li jigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt jew turbat";

Din l-azzjoni hija koncepita bhala wahdarapida u effikaci bl-iskop li ma thalli lil hadd jiddisturba stat ta' fatt arbitrarjament u hija ntiza unikament biex iggieghel lil min ikkommetta l-ispoll li jerga' jqieghed il-haga fl-istat li kienet qabel ma ddistrubaha.

Effettivament in tema ta' dritt l-uniku kaz fejn il-gudizzju ta' spoll jista' jigi sospiz huwa meta l-pussess ikun ekwivoku u mhux manifest, ghaliex jigi nieqes wiehedmill-elementi mehtiega mill-ligi ghall-ezercizzju ta' l-azzjoni ta' spoll.

Il-kwestjoni tat-tolleranza lanqas ma ghandha tigi ezaminata f'dan il-gudizzju semplicement possessorju privileggjat.

Biex jirrikorri l-element tal-fatt materjali ta' l-ispoll, mhux mehtieg, biex dan ikun vjolat, li jkun hemm il-vis atrox jew le vie di fatto, imma hu bizzejjed li jkun hemm nuqqas ta' kunsens,espress jew tacitu, ta' min isofri l-ispoll.

Mhux mehtieg li jkun hemm il-privazzjoni totalital-haga, imma bizzejjed li jkun hemm diminuzzjoni tal-pussess, tfixkil fid-drittijiet, jew hsara lil min isofri l-ispoll; u ghalhekk huma ukoll indifferenti z-zmien li jkun dam l-ispoll u l-entita` tat-tfixkil jew hsara lill-ispolljat.

Dak li hu allura essenzjali hu l-fatt li sar att arbitrarju kontra l-volonta` tal-persuna spoljata. Prova din li ghall-finijiet ta' l-azzjoni giet stabbilita. Taht dawn ic-cirkostanzi l-Qorti ma ghandhiex ghalfejn tokkupa ruhha mill-element tal-klandestinita`, ghax il-ligi taghna, ghall-finijiet ta' l-azzjoni ta' spoll privileggjat, tikkonsidra sufficjenti li jkun hemm ir-rekwiziti tal-vjolenza jew tal-klandestinita` u mhux li jkun hemm iz-zewg rekwiziti f'daqqa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info