Reference: 1096/1992/1

Judgement Details


Date
27/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TESTAFERRATA MORONI VIANI SALVINO ET vs MONTANARO FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, ELEMENTI TA` - ACTIO REI VINDICATORIA, MA TISTAX TIGI KOMBATTUTA BIL-PRESKRIZZJONI ESTINTIVA - ECCEZZJONIJIET, DIFIZI ALTERNATTIVI - PRESKRIZZJONI, DETENTUR MA JISTAX JINVOKA L-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, DISTINZJONI BEJN IL-PRESKRIZZJONI ESTINTIVA U DIK AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PUSSESS MEHTIEG GHALL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, POSSESSUR PREKARJU MA JISTAX JINVOKA L-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA
Summary
L-Artikolu 2143 tal-Kodici Civili jiddisponi li "l-azzjonijiet kollha, reali, personali, jew misti jaqghu bil-preskrizzjoni eghluq tletin sena, u ebda oppozizzjoni ghall-preskrizzjoni ma tista' ssir minhabba n-nuqqas ta' titolu jew ta' bona fidi."

Hu generalment ammess li konvenut ma huwiex prekluz milli jaddotta aktar minn sistema wahda ta' difiza. Dan jista' jinghad b'aktar raguni, imbaghad, f'kaz fejn ikun invokat l-Artikolu 2143 gjaladarba dan id-dispost tal-ligi jikkontempla li l-preskrizzjoni tista' titqies kemm akkwizittiva kif ukoll estintiva.

L-azzjoni tal-proprjetarjubiex jiehu dak li huwa tieghu ma tistax tigi opposta b'semplici preskrizzjoni estintiva, imma b'dikakkwizittiva, konvolgenti l-pussess ta' l-eccipjenti.

Cionostante, jekk din il-procedura hi konsentita lill-konvenut daqstant iehor ghandu jkun konsentit u apprezzat illi l-Qorti tigbed l-inferenzi li jidhrilha xierqa mill-ghazliet maghmula u taghmel ir-riflessjonijiet opportuni fuq il-bidlasperimentata mill-konvenut fil-kors tal-kawza tal-posizzjoni pre-stabilita minnu stess;

Hemmdistinzjoni elementari bejn il-preskrizzjoni estintiva ta' l-azzjoni u l-preskrizzjoni akkwizittivatal-proprjeta`. Filwaqt li fl-ewwel kaz min jaghti l-eccezzjoni jehtieglu jipprova l-perkors taz-zmien statutorju skond liema terminu preskrittiv ikun applikabbli, jkun imbaghad jispetta lill-attur kreditur li jiddefendi lilu nnifsu billi jaghzel it-triq u l-mezz li taghtih il-ligi biex jinnewtralizza tali eccezzjoni, fit-tieni kaz tal-preskrizzjoni akkwizittiva jispetta lill-konvenut debitur mhux biss li jipprova l-perkors taz-zmien stabbilit bil-ligi, imma wkoll l-elementi kollha li l-ligi tezigi li jigu ppruvati biex l-eccezjoni tal-preskrizzjoni akkwizittiva tinghata b'success.

Fil-kaz fejn tkun kontemplata l-preskrizzjoni estintiva l-oneru tal-prova biex titwaqqa' din il-preskrizzjoni jinkombi fuq l-attur li ppropona l-azzjoni;

Huwa pacifiku illi l-proprjeta` ma tintilefx bin-nuqqas ta' uzu da parte tas-sid. Tintilef, invece, jekk haddiehor jiehu pussess taghha u jezercita fuqha jedd ta' poter ghaz-zmien kollu mil-ligi stabbilit u skond il-kundizzjonijiet l-ohra preskritti mill-Artikolu 2107 tal-Kodici Civili. Jispetta ghalhekk lil dan haddiehor l-oneru li jipprova r-rekwiziti kollha tax-xorta ta' akkwist vantat minnu.

F'actio rei vindicatoria l-attur jehtieglu jipprova t-titolu tieghu. Din il-prova hu jista' jaghmilha kemm b'titolu kif ukoll bi kwalsiasi mezz iehor.

Kif jinsab ritenut, una volta l-attur jipprova dan id-dritt tieghu ta' dominju, m'ghandux ghalfejn jaghmel xejn izjed; senjatament m'ghandux ghalfejn jaghmel il-prova negattivali l-konvenut m'ghandux id-dritt reali li qed jikkompa in kwantu tali prova tispetta allura lill-konvenut li jkun qed jallegaha.

Il-konvenut uzukapjent biex jirnexxi fid-difiza u sostenn tad-dritt eccepit minnu irid jipprova l-akkoppjament tal-pussess mad-dekors taz-zmien. Fuq kollox ghal dak li hu l-fattur zmien irid jaghmel il-prova konvincenti tal-bidu tal-pussess vantat minnu billi matistax titqies sufficjenti s-semplici affermazzjoni generika "longissimi temporis praescriptio". Kjarament ukoll dan il-bidu hu allaccjat mal-mument fokali meta l-preskrivent jibda jipposjedi b'mod kontinwu, mhux miksur, pacifiku, pubbliku u mhux ekwivoku l-proprjeta` li hu jew l-aventi kawza jew awtur tieghu intenzjonati jippreskrivu. Huma proprju dawk il-kundizzjonijiet li juru l-kwalita tal-pussess animo domini, kongunta s'intendi maz-zmien rikjest mil-ligi biex tassahhah il-preskrizzjoni.

Jinsab insenjat ukoll illi l-elementi tal-pussess huma tnejn, dak materjali, il-poter ta' fatt fuq il-haga, u dak intenzjonali, l-animu tal-possessur li jgawdi d-dritt fuq il-haga bhallikieku hu kien il-proprjetarju taghha - animus et corpus; corpus possessionis, et animus possidendi vel animus domini.

Skond l-Artikolu 2118 tal-Kodici Civili dawk li jzommu l-haga f'isem haddiehor majistghux jippreskrivu favur taghha infushom, ighaddi kemm ighaddi zmien. Dawn jinkludu l-kerrejja,id-depozitarji, l-uzufruttwarji u generalment dawk li ma jzommux il-haga bhala taghhom infishom. "Mhux bizzejjed li jkollok id-detenzjoni tal-haga jew il-tgawdija taghha mhux bhala haga proprja, immabhala haga ta' haddiehor, ghaliex allura din tkun biss detenzjoni jew tgawdija prekarja.

Il-figura specifika tal-pussess flimkien man-normi li jiddixxplinawha mhix riferibbli biss ghall-inizzju jew semplicement ghat-tmiem tal-pussess, izda ghandha tipperdura matul iz-zmien kollu mehtieg ghall-preskrizzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info