Referenza: 783/1990/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BROWNRIGG JOSEPH NOE vs SPITERI MARIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, ECCEZZJONIJIET SOLLEVABBLI MILL-APPALTANT KONTRA L-APPALTATUR F`AZZJONI GHALL-HLAS - APPALT, RESPONSABILITA` TAL-APPALTATUR GHAL MATERJALI UZATI - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - APPALT, XOGHOL LI MA JKUN TA` EBDA UTILITA`
Fil-Qosor
Min jintraprendi xoghlijiet ghandu jassikura l-ewwel nett l-adempjenza tal-ftehim pattwit u fuq kollox li jippresta opra soddisfacenti. Dan fis-sens li ghandu b'obbligu jara li x-xoghol ikun sejjer isir utilment u mhux b'mod li 'l quddiem juri difetti.

Skond ir-regoli generali ta' l-inadempiment l-appaltatur ma huwiex mehlus mir-responsabilita` avvolja jkun hemm l-approvazzjoni tax-xoghol.Il-verifika u l-approvazzjoni generalment isiru ghal finijiet tal-hlas izda b'daqshekk ma jigix ezonerat mir-responsabilita` jekk nonostante kontroll diligenti fil-mument tal-verifika 'l quddiem jinstab li x-xoghol ma sarx sew.

Rigward il-mod tal-hlas kompetenti lill-appaltatur jidher li fid-dottrina saret distinzjoni skond il-mod kif ikun gie lilu kommissjonat ix-xoghol. Jekk il-prezz gieiffissat ghal kull unita`, l-appaltatur ikollu dritt jithallas tax-xoghol maghmul; jekk il-prezz ikun wiehed ghax-xoghol kollu, allura jekk ix-xoghol ma jkunx kompletat u sewwa l-appaltatur ma jkollux dritt ghall-ebda parti mill-hlas;

Dan jiddependi minn natura tad-difett riskontrat. Jekk id-difetti ikunu ta' certa gravita` l-kommittent ikollu d-dritt jopponi l-"exceptio non rite adempleticontractus" ghad-domanda li ssirlu ghal hlas. Jekk minn naha l-ohra d-difetti ma jkunux sostanzjalijew essenzjali, l-appaltatur ikollu d-dritt li jitlob li dawk id-difetti jigu riparati jew jaccettariduzzjoni;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni