Reference: 2521/1997/1

Judgement Details


Date
26/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
DEBATTISTA GEOFFREY vs TANTI ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - META L-CAUSA TKUN ILLECITA GHAZ-ZEWG PARTIJIET
Summary
L-artikolu 987 tal-Kodici Civili jipprovdi li meta kawza hija llecita, l-obbligazzjoni hija bla ebdaeffett u kif ukoll bhala effett ta' l-artikolu 991 (2) li jipprovdi li "jekk il-kawza hija illecitaghaz-zewg partijiet, ebda wahda minnhom, jekk ma tkunx minuri, ma tista' titlob dak li tkun tat lill-ohra ..."

L-ghoti jew traffikar tad-droga bhala korrispettiv ghat-trasferiment ta' oggett,jikkostitwixxi kawza llecita u addirittura llegali, w ghalhekk tali ftehim ghandu jigi ddikjarat bhala null u bla effett ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi u dan abbazi ta' l-artikolu 987 tal-Kap 16.

Izda l-kwistjoni ma tiqafx hawn stante li jekk jirrizulta li l-kawza hija llecita ghaz-zewg partijiet, allura nonostante li l-obbligazzjoni tigi dikjarata bhala nulla, l-parti jew l-ohrama jkollhiex dritt titlob lura dak li tkun tat hija lill-parti l-ohra, u dan b'eccezzjoni ghal dak li hemm provdut fl-artikolu 1716 dwar loghob ta' l-azzard.

Huwa risaput ukoll illi f'obbligazzjonijiet, kif inhu l-kuntratt tal-bejgh, dak li huwa oggett ghall-wiehed huwa kawza ghall-iehor. Ghalhekk kwalunkwe haga li tkun projbita mill-ligi bhala oggett, jew li tkun projbita mill-ligi bhala kawza ta' dak il-kuntratt, per mezz ta' bejgh u xiri, ma tkunx tista' taqa' f'kuntrattazzjoni.

Skrittura li tohloq obbligazzjonijiet illeciti in kwantu jikkontemplaw sitwazzjonijiet li huma projbiti mill-ligi jew kuntrarju ghall-ordni pubblika ma tistax titnissel minnha l-ebda azzjoni civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info