Reference: 2668/1996/2

Judgement Details


Date
25/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
PORTELLI JENNIFER PRO ET NOE vs PORTELLI JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, IL-KONJUGI JGORRU RESPONSABILITAJIET INDAQS - MANTENIMENT, PRINCIPJI REGOLATURI - SEPARAZZJONI PERSONALI, INGURJA GRAVI - SEPARAZZJONI PERSONALI, KURA U KUSTODJA TA` TFAL MINURI - SEPARAZZJONI PERSONALI, MHUX MEHTIEG KUMULU TA` RAGUNIJIET - SEPARAZZJONI PERSONALI, SEVIZI
Summary
Sabiex tintlaqa` t-talba ghas-separazzjoni mhux mehtieg li jikkonkorru l-eccessi, s-sevizzji, l-minaccji u l-ingurji gravi, izda kwalsijasi wiehed minn dawn l-elementi huwa sufficjenti sakemm hija tali li tivvjola profondament il-konvivenza konjugali.

Ikun hemm sevizzi meta dawn ikunu abitwali jew almenu ripetuti b'mod li jirrendu l-konvivenza insopportabbli u jkun hemm sevizzi meta l-agirjoffendu l-persuna li kontra taghha huma diretti b'mod li jiggeneraw fiha dulur, ezacerbazzjoni u avversjoni profonda kontra l-konjugi li jkun hati taghhom.

L-ingurji gravi ma gewx specifikament dezinjati mid-duttrina, imma l-karattru generali taghhom gie dejjem imholli fis-sagacja u l-kuxjenza ta' l-Imhallef sabiex jivvalutahom. Certament allegazzjoni ta' abbuz sesswali tikkostitwixxi ngurji ta' certa gravita` li tweggha l-qalb u tirrendi l-konvivenza komuni difficli.

Huwa assodat fil-gurisprudenza ta' dawn il-Qrati illi meta wiehed mill-konjugi jakkuza, jallega, jew jaddebitaakkuzi serjissimi ta' certu portata, bhal dawk in dizamina, una volta mbaghad dawn ma jigux ipprovati lanqas permezz ta' xi ndizji precizi u konkordanti, dan jikkostitwixxi ngurja gravi, li anke wahedha taghti lok ghas-separazzjoni.

Il-kura tat-tfal komuni tal-mizzewgin, sew fil-ligi antika,sew fil-ligi vigenti, kif ukoll fil-gurisprudenza estera, u f'dik lokali, hija regolata mill-principju tal-aqwa utilita' u l-akbar vantagg ghall-interess tal-istess tfal li c-cirkustanzi tal-kaz u l-koefficjenti tal-fatti partikulari tal-mument ikunu jissuggerixxu. In konsegwenza, ir-regola sovranafuq enuncjata ghandha tipprevali dwar il-kustodja u l-edukazzjoni tat-tfal komuni tal-mizzewgin, sewmeta l-konjugi jisseparaw ruhhom gudizzjarjament, sew meta jigu biex jisseparaw konsenswalment.

Il-kura u l-edukazzjoni tat-tfal, fil-kaz li l-mara ma tibqax tghix mar-ragel, trid dejjem tigiaffidata lil dak, fost il-mizzewgin li jigi rikonoxxut bhala aktar adatt u idnoeju sabiex jikkurahomu jedukahom, tenut kont ta' l-eta` ta' l-istess tfal u c-cirkostanzi kollha tal-kaz taht dawk il-provvediment li jigu kkunsidrati ghall-vantagg ta' tali tfal.

Apparti l-hsieb ta' ordni morali u dak ta' ordni legali, li ghandhom setgha fil-materja ta' kura u kustodja tat-tfal in generali, il-principju dominanti 'in subjecta materia', li jiddetermina normalment u generalment il-kwistjonijiet bhal din insorta f'dina l-kawza, huwa dak tal-aktar utilita' u dak tal-aqwa vantagg u nteress tal-istess minuri fl-isfond tac-cirkostanzi personali u 'de facto' li jkunu jirrizultaw mill-provi tal-kaz li jrid jigi rizolut. Fil-kamp li fuqu qeghdin nitkellmu, ghalkemm il-parti umanitarja ghandha certament l-importanza taghha fir-relazzjoni tal-persuni li jkunu taw il-hajja lill-istess minuri, eppure l-istess ma ghandhiex tipprevali fuq l-interess u vantagg dirett tal-istess tfal; bhal ma ghandhiex ikollha fil-hajja ta' kuljum - kif l-esperjenza tghallem - prevalenza l-affezzjoni jew l-attakkament lejn persuna, anke jekk dettat minn natura, fuq id-dover impost mir-raguni fl-azzjonijiet tal-bniedem tant bhala membru tal-familja, kemm bhala membru tal-komunita' li lilha jkun jappartjeni. Meta l-ghajn tar-raguni, f'xelta tal-azzjoni li bniedem jkun irid ta' bilfors jaghzel li jaghmel, turidover, impellenti versu certa linea ta' kondotta, ghalkemm dik l-ghazla tkun timporta azzjoni drastika fil-kamp umanitarju, eppure dik il-hruxija ma tkunx hlief apparentement tali; in kwantoke` li bilanci tal-mohh id-dover, li jeleva l-bniedem, u mhux ibaxxih, ikun gheleb kwalunkwe konsiderazzjoniohra li di fronte ghalih (dover) tkun anqas tajba u anqas dinjituza.

L-obbligi ta' manteniment tal-konjugi huma regolati bl-artikolu 3 tal-Kap 16 li jipprovdi li :-

Il-partijiet fiz-zwieg ghandhom l-obbligu, kull wahda minnhom skond il-mezzi u l-hila taghhom, li jahdmu kemm fid-dar kifukoll barra mid-dar kif jinhtiegu l-interessi tal-familja, li jmantnu lil xulxin u jikkontribwixxughall-htigijiet tal-familja."

Skond l-artikolu 3B tal-Kap 16 hemm stipulat illi: "Iz-zwieg jimponi fuq il-mizzewgin l-obbligu li jiehdu hsieb, imantnu, jghallmu u jedukaw lill-ulied li jigu miz-zwieg skond il-hila, xehtiet naturali w aspirazzjonijiet tal-ulied."

Skond l-artikolu 7 (1)tal-istess Kap 16 jinghad li "Il-genituri ghandhom l-obbligu li jiehdu hsieb, imantnu, jghallmu u jedukaw lil uliedhom bil-mod stabbilit fl-artikolu 3 B ta' dan il-Kodici."

Jirrizulta mid-dispozizzjonijiet tal-ligi, li l-genituri ghandhom l-istess obbligi verso l-ulied taghhom, u ghalhekk it-tnejn li huma ghandhom jikkontribwixxu ghat-trobbija tal-istess, aktar u aktar meta llum il-mizzewgin huma f'pozizzjoni ta' ugwaljanza u ghandhom l-istess drittijiet u allura, anke skond l-Artikolu 2tal-Kap 16 "jerfghu r-responsabbiltajiet indaqs matul iz-zwieg taghhom".

Certament li l-obbligi mnizzla miz-zwieg, isofru mutament fil-kors ta' separazzjoni bejn il-partijiet, anke fil-kazijietbhal dak odjern ta' pendente lite, pero' l-obbligu taz-zewg genituri lejn l-ulied jibqa' bazikamentl-istess dettat kull wiehed skond il-mezzi tieghu, ikkalkulati skond id-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 20 tal-istess Kap, u l-bzonnijiet tal-istess minuri, u fl-interess tal-istess minuri.

Huwa ovvju li kif ghandha tkun tali kontribuzzjoni minn kull wiehed mill-genituri, tvarja minn kaz ghalkaz, u hafna jiddependi fuq il-mezzi rispettivi u l-bzonnijiet tal-istess minuri, pero' xorta jibqghu veljanti u skjetti l-principji li jirregolaw l-istess dmirijiet u obbligazzjonijiet tal-genituriverso l-istess ulied, specjalment ghall-manteniment tal-istess fit-termini preskritti fl-artikolu 19(1) u (2) u l-artikolu 20 tal-Kap 16, li ghalhekk jinkludu kontribuzzjoni ghall-ikel, ilbies, sahhaw abitazzjoni u spejjez mehtiega ghall-istess sahha u ghall-edukazzjoni taghhom u skond il-bilanc bejn il-bzonn u l-mezzi, kkalkulati ai termini tas-sub-artikoli tal-istess artikolu 20. Illi dan apparti l-obbligi tal-kontendenti li jmantnu lil xulxin skond id-dettami tal-ligi, u skond il-kalkoli hemm indikati.

Il-fatt li l-mara ma tahdimx ma jfissirx li din ma ghandhiex il-potenzjal li tahdem u tiggenera ntrojtu. It-tibdil legislattiv filwaqt li rrikonoxxa l-avvanz tal-mara gab mieghu wkoll responsabbiltajiet fuq il-mara mizzewga ferm aktar milli kellha qabel. Dawn ir-responsabbiltajiet huma riflessi wkoll anke fejn jirrigwarda l-manteniment. Li jfisser li hi wkoll trid terfa' bhalzewgha r-responsabbilta` ghal dak li jirrigwarda l-manteniment tal-familja.

Dan hu hekk in principju, pero' jista' jkun li jkun hemm kazijiet fejn minhabba c-cirkostanzi tal-kaz, il-genitur lijkun afdat bil-kura u l-kustodja tal-minuri ma jkunx jista' jahdem u dan minhabba li jkun irid jippresta l-attenzjoni u l-kura tieghu ghat-trobbija ta' l-imsemmi minuri. Ghalhekk jekk tezisti ragunisufficjenti bhal din, jista' jkun illi parti fiz-zwieg ikollha thallas il-manteniment lill-parti l-ohra ghal tul ta' zmien.

L-obbligu tal-manteniment ta' l-ulied jigi qabel l-obbligu tal-manteniment tal-konjugi l-iehor. Dan l-obbligu ghall-manteniment m'huwiex marbut bl-ebda mod mal-impjieg jew mal-introjtu tal-missier izda huwa obbligu assolut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info