Reference: 353/2001/1

Judgement Details


Date
30/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
SACCO JOHN MARY SIVE JIMMY ET vs DEBONO JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, KWISTJONI TA` NATURA PETITORJA U MHUX POSSESSORJA - SERVITU`, MERA TOLLERANZA - SERVITU`, META L-FOND DOMINANTI MA JKUNX OKKUPAT MIS-SID - SERVITU`, META L-FOND SERVJENTI MA JKUNX OKKUPAT MIS-SID - SERVITU`, POSSESSURI TAL-FOND DOMINANTI U DAK SERVJENTI M`GHANDHOMX INTERESS GURIDIKU
Summary
Atti ta' semplici tolleranza ma jistghux iservu bhala fondament ghall-akkwist ta' pussess legittimu.Konformament is-sub inciz (b) tal-Kap.457 li jikkontempla l-akkwist ta' dritt ta' servitu' bil-mezz tal-preskrizzjoni, ma jista' japplika ghall-kaz fejn servitu' kontinwa u apparenti tigi ezercitatab' semplici tolleranza. Jekk aperturi jkunu qeghdin b' tolleranza u mhux bi dritt, ikun kontro sens illi jekk il-vicin ma jridx izjed jittollera, l-Qorti ma taghtihx protezzjoni. Fl-atti ta' tolleranza invece hemm tant in-natura tal-pussess kemm ukoll il-volonta' possessorja, imma tonqos il-volonta' ta' esercizju ta' dritt, jonqos l-animus domini f' sens specifiku, ghaliex min jaghmlu jkollu l-konoxxenza li qieghed jagixxi bil-permess ta' min jista' jimpedilu dak l-att, u ma jimmirax ghall-akkwist tal-proprjeta' tal-haga ta' haddiehor, u jkun dejjem lest biex ma jibqghax jaghmel minn dik il-haga l-uzu li jkun qieghed jaghmel ghas-semplici rikjesta tal-proprjetarju.

Il-kriterji biexwiehed jiddecidi jekk hux il-kaz jew le ta' tolleranza, li x' aktarx hija tacita, u anzi prezunta,ghandhom jigu dezunti mir-rapport ta' familjarita', ta' hbiberija, ta' bwon vicinat, minn dak li komunement hu uzat li jsir f' pajjiz, u mill-entita' tal-aggravju, ftit jew ljevi, li l-att jarreka lilmin jittolerah; izda l-prezunsjoni tat-tolleranza tkun inverosimili f' kaz ta' attijiet importantiu gravi.

F'dawk il-kazijiet fejn ikun difficli li tiddistingwi bejn att ta' tolleranza u attta' pussess, id-dubbju ghandu jmur favur il-propretarju. F' dawn il-kazijiet il-pussess ikun wiehed ekwivoku, u tali pussess ma jistax iservi bhala pedament ghall-akkwist tal-preskrizzjoni.

L-inkwilin ta' fond dominanti ma jistax jikkrea servitu' favur l-istess fond. Id-dritt ta' inkwilinhuwa dritt personali u "ghalhekk wiehed lanqas jista jithaddet fuq drittijiet ta' pussess li huwa dritt reali f' din il-kwistjoni u wisq anqas ta' servitu". Is-servitu' setghet tkun kreata mis-sid jewmill-enfitewta tal-fond dominanti imma mhux mill-inkwilin tieghu. Is-servitu' setghet tigi wkoll sofferta jew tollerata mill-enfitewta tal-fond servjenti, minnu detenut in enfitewsi, imma mhux kreatjew akkwistata mill-inkwilin li jkun qed jokkupa l-fond dominanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info