Reference: 26/2001/1

Judgement Details


Date
18/06/2003
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE ANTON
Parties
CALLEJA MEINRAD vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - META GUDIKANT IKUN IDDECIEDA KWISTJONIJIET RELATATI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - PUBBLICITA` FIL-MEDIA
Summary
Bil-fatt biss li l-istess Imhallef li jkun sema' x-xhieda, ikkonduca u ddecieda gurijiet relativi ghall-akkuzati f'kaz jew kazi li jkunu konnessi ma' akkuzi jew delitti dedotti kontra haddiehor, ma jfissirx ukoll b'daqshekk li dak l-Imhallef ma baqax u ma jistax jibqa' aktar jitqies li huwa imparzjali jew illi dak il-haddiehor mhux ser jinghata smiegh xieraq. Dan ghaliex kulma jkun sema' u ddecieda dwaru l-Imhallef ikun jirreferi u cirkoskritt biss ghall-persuna li tkun giet akkuzata quddiemu uli jkollha l-process ghaddej. Anki jekk ix-xhieda li jkunu telghu jixhdu f'dak il-process ikunu l-istess xhieda li jingiebu kontra akkuzat iehor ma jfissirx li b'daqshekk il-gudikant li jkun sema' l-istess xhieda u ddecieda kaz partikolari, tilef l-imparzjalita` tieghu b'mod li jigi prekluz millijghaddi biex jippresjedi fuq guri ta' haddiehor in konnessjoni ma' l-istess fatti tad-delitt. Fic-cirkostanzi ghalhekk, dak li qieghed jipotizza l-appellant jew huwa legalment skorrett jew inkella huwa bbazati fuq mera kongettura minghajr il-bazi ta' prova konkreta.

Mhux bizzejjed ghall-appellant li jissottometti li ghandu l-biza' li bl-involviment ta' l-istess Imhallef f'gurijiet ohrajn ub'dak li gia` ddecieda fil-kaz tieghu sa issa, huwa se jigi ggudikat minn Imhallef b'fehmiet gia` mehudin u allura ser jigi rinfaccjat b'nuqqas ta' imparzjalita`. Dan il-biza irid ikun tabilhaqq gustifikat oggettivament.

Tenut kont tal-fatt li Malta huwa pajjiz hieles u demokratiku, il-liberta` ta' l-istampa u tax-xandir mhux biss jikkostitwixxi dritt fondamentali mnaqqax fil-Kostituzzjoni taghna imma dan id-dritt jinsab imqieghed fil-prattika ghaliex il-"media" u l-gurnalizmu lokali huwa qasam haj u attiv ferm.

Huwa veru li l-Qorti Ewropea ghamiltha cara li attakki bil-medja kontra l-akkuzat li jkunu ta' natura "virulenti" kellhom jitqiesu bhala li huma inaccettabli f'kuntest ta' imparzjalita` u ta' smiegh xieraq imma fl-istess waqt dik il-Qorti ghamlitha cara wkoll li l-Qrati ma jistghux u m'ghandhomx jistennew li joperaw "in vacuo". Fi kliem iehor, f'kaz fejn l-interess pubbliku jkun qawwi, wiehed ghandu jistenna li l-"media" u l-gurnalisti jiktbu u jikkummentaw dwaru b'mod estensiv.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info