Reference: 290/1998/1

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MOBY RENTALS LIMITED vs ATTARD MARTHESE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, NUQQAS TA` LICENZJA TAS-SEWQAN - KOLLIZJONI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHALLI LIL PERSUNA SSUQ VETTURA MHUX LICENZJATA U ASSIGURATA - KONTUMACJA, IL-PARTI KONTUMACI TISTA` TAGHMEL SOTTOMISSJONIJIET - ABBUZ TAL-FAKOLTA`
Summary
Min jibqa' kontumaci ma jistax, filwaqt li jipprevalixxi ruhu mill-fakolta` konsentita mill-Qorti fit-termini ta' l-Artikolu 158 (10) tal-Kapitolu 12, jabbuza minn din l-istess fakolta billi jressaq sottomissjonijiet fuq provi li mill-atti ma jirrizultawx. Id-dispost relattiv tal-ligi ma jistax, uma ghandux, jigi interpretat bhala xi dritt koncess biex wiehed jesorbita mill-parametri tal-provi akkwiziti fil-process billi jressaq u jiddiskuti fatti li fl-istess process ma jinstabux. Tali licenzja tkun tfisser illi l-kontumaci jarroga ghalih id-dritt li marte proprju jiggustifika huwa stess,u minghajr il-ministeru tal-Qorti, l-istat kontumacjali tieghu u jressaq dawk il-provi li jidhirlu hu minghajr ma l-fatti jigu approvati, jew kuntrastati, skond is-soliti rekwiziti procedurali;

L-ispirtu animatur tal-ligi dwar l-assikurazzjoni ta' karozzi bil-mutur ghar-riskji ta' terzi persuni kien dak illi jigi assikurat il-hlas tad-danni, lil min isoffrihom, derivanti minn kollizjoni ta'karozzi. Dik il-ligi holqot obbligazzjoni gdida, fis-sens illi bis-sahha taghha hadd ma jista' juza karozza tal-mutur fuq it-triq, jew igieghel jew jippermetti l-uzu ta' karozza tal-mutur fit-toroq,jekk ghall-uzu ta' dik il-karozza ma tkunx issehh polza ta' sikurta` jew garanzija dwar ir-riskji ta' terzi persuni.

Kerrej ta' karozza li jippermetti lil persuna bl licenzja li ssuq dik il-karozza huwa responsabbli ghad-danni kemm-il darba kellu jsehh incident stradali li gahlih tkun tahtidik il-persuna.

Ghalhekk huwa responsabbli ghad-danni derivanti minn kollizjoni mhux biss dakli jikkaguna direttament u materjalment il-hsara, jigifieri dak li kien qieghed jaghmel uzu mill-karozza, imma anke dak li jkun naqas li jassikura l-vettura (jew ghat-tort tieghu daqslikieku l-assigurazzjoni ma saretx). Din ir-responsabilita` hi solidali b'mod li min isofri l-hsara jista' jdur ghall-hlas taghha kontra min irid hu, jigifieri tant kontra l-wiehed jew l-iehor.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info