Reference: 303/1994/2

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIFSUD MICHELINA ET vs DARMANIN JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPOGG, LIEMA BINI JIKKOSTITWIXXI APPOGG - HAJT DIVIZORJU, DEMEL JEW HWEJJEG OHRA KORROZIVI JEW NIEDJA LI JMISSU MA` - HAJT DIVIZORJU, PREZUNZJONIJIET DWAR KOMUNJONI TA`
Summary
Hu risaput minn dak stabbili fil-Kodici Civili, ex-Artikolu 409 tieghu, illi, salv dak li jinghad fis-subinciz (2) tieghu, s-subparagrafu (1) johloq presunzjoni ta' komunjoni rigward hajt li qieghed jaqsam fond minn iehor. L-istess artikolu tal-ligi jistabilixxi presunzjoni ohra fis-sens illi fejnminn naha wahda jkun hemm bini, u minn naha l-ohra bitha, gnien jew ghalqa, il-hajt jitqies li hu kollu ta' sid il-bini [subinciz (3)]. Fl-ewwel paragrafu, imbaghad, ta' l-artikolu segwenti 410, il-Kodici Civili jissokta jipprovvdi li l-hajt li qieghed biex jaqsam btiehi, gonna jew ghelieqi, jitqies ukoll komuni, fin-nuqqas ta' sinjal jew prova ohra li juru l-kuntrarju;

Kif dottrinalment espost din il-presunzjoni ta' komunjoni ssib il-fondament taghha fl-interess li ghandhom il-proprjetarji tal-fondi kontigwi.

Il-komunjoni jew il-proprjeta` esklussiva ta' hajt, kif traccjat u dezunt mill-precitati disposizzjonijiet, tista` tigi provata kemm permezz ta` titolu kif ukoll b'kullsinjal iehor li, tenut kont ta' meta jkun sar, jeskludi jew skond il-kaz jindika l-komunjoni.

Min jirrendi komuni hajt divizjoni huwa obbligat li jhallas kumpens ghall-appogg u ma jistax jinheles minn dan l-obbligu fuq il-pretest li l-hajt ma jkunx sar regolarment.

Appogg ifisser mhuxbiss addentallament tal-bini mal-hajt ta' hadd iehor, izda anki li dan il-hajt ikun irrenda servizzlill-vicin; anzi l-akkwist tal-komunjoni jista' jsir anki ghal semplici kapricc. L-akkwist tal-komunjoni tal-hajt jista' jsir ghal kwalunkwe skop, u mhux biss biex jitpogga bini mieghu; basta jirrizulta li min pogga kellu l-intenzjoni li jakkwista l-komunjoni tal-hajt.

Hekk a propozitu skondl-Artikolu 419 tal-Kodici Civili ebda wiehed mill-girien ma jista' "iwahhal jew ipoggi mal-hajt, minghajr il-kunsens tal-gar l-iehor, xi bicca xoghol gdida" [subinciz (b)] jew iqieghed hwejjeg korrozivi jew niedja b'mod li jmissu mal-hajt komuni [subinciz (c)] jew "jigma ma' hajt komuni, trab jew hwejjeg ohra, minghajr ma jiehu hsieb mehtieg sabiex dan il-gmigh ma jaghmelx b'rass jew xort' ohra hsara lill-gar l-iehor".

Naturalment il-fatt ta' l-ezistenza ta' hamrija mal-hajt komuni ma jfisserx illi awtomatikament u ghal din ir-raguni per se d-danni lamentati huma derivanti minn dan il-fatt. Id-duttrina legali trid li biex tezisti l-kolpa jrid jirrizulta nexus ta' kawza u effett mad-danni allegatament sofferti;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info