Referenza: 2379/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/06/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V.
Partijiet
FARRUGIA JOSEPH ET vs BORG CARMEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO SPOLII, ANIMUS SPOLIANDI - ACTIO SPOLII, PROCEDURI KRIMINALI - ACTIO SPOLII, TWETTIEQ TA` ORDNI MOGHTI MINN QORTI
Fil-Qosor
Huwa ormai pacifiku fil-gurisprudenza tal-Qrati taghna illi f'kawza civili ta' spoll m'hemmx bzonn l-intenzjoni li xi hadd jispolja - l-animus spoliandi - u dana proprju in vista tan-natura socjali ta' din l-azzjoni intenta biss ghal priserva tal-buon ordni. Ghalhekk huwa wkoll ta' rilevanza margnali l-ezitu ta` proceduri kriminali dwar ragion fattasi bejn il-kontendenti fejn l-elementi intenzjonali huwa kostitwent tar-reat (almenu fid-delitti minkejja illi anke fil-kontravvenzjonijiet hija rikjesta l-volontarjeta') u dan apparti mill-punt kardinali l-iehor ta' dritt tas-separazzjoni taz-zewgprocessi - dak civili u dak kriminali - u dan in vista wkoll tal-grad tal-prova differenti rikjestafiz-zewg proceduri.

Meta persuna tkun qed tottempera ruhha ma ordni ta` Qorti ma tistghax twettaq spoll, kemm-il darba zzomm ruhha fil-limiti ta` dak ordnat. Jekk dak li ghamel il-konvenut ghamlu mhux biex jiehu l-ligi f'idejh izda semplicement biex jobdi ordni ta' Qorti ohra huwa segwa dakdettat mir-raguni socjali u mhux mar kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni