Reference: 2319/2000/1

Judgement Details


Date
05/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCHEMBRI MARIO ET vs GALEA DEBONO DR ANTHONY MD FRCP FRCPE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DEZERZJONI, APPLIKAZZJONI GHALL-PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI - DEZERZJONI, BAZI TAL-ISTITUT TA` - DEZERZJONI, KAWZA GHANDHA TITQIEGHED FUQ IL-LISTA TAL-KAWZI SOSPIZI SABIEX EVENTWALMENT ISSEHH ID-DEZERZJONI - DEZERZJONI, KONSEGWENZI TA` - DEZERZJONI, META JITQIESU MAGHLUQA L-PROCEDURI BIL-MIKTUB - DEZERZJONI, MINN META GHANDU JIBDA` JINTGHADD IL-PERIJODU TA` SITT XHUR FIL-KAZ TA` PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI
Summary
Id-dezerzjoni tapplika minhabba l-htiega li l-proceduri bil-miktub ta' kull kawza (jigifieri qabel ma tibda t-trattazzjoni taghha) jmisshom jaghlqu sa zmien li l-ligi tghid li huwa perentorju. Fil-kaz ta' kawzi fl-ewwel grad, dan iz-zmien huwa ta' sitt (6) xhur, li l-ligi trid li jibda ghaddej minndak inhar li jitressaq l-Att tac-Citazzjoni;

Meta l-istitut tad-dezerzjoni ddahhal fil-Kodici procedurali taghna, kien japplika biss ghal dawk il-kawzi li tressqu bil-ghamla solenni (jigifieri, bil-mezz tal-libell): hemm il-fehma, ghalhekk, li dan l-istitut ma japplikax ghal dawk il-kawzi mibdija bil-procedura sommarja, jigifieri b'Att tac-Citazzjoni;

Wiehed irid jara jekk kemm-ildarba dan li ghadu kemm inghad ghadux jghodd illum, jigifieri wara li dahlu fis-sehh il-bidliet fil-Kodici fl-1995, fejn il-forma solenni fl-ewwel grad tnehhiet izda ma tnehhiex l-istitut tad-dezerzjoni. Dan jinghad ghaliex, fis-subartikolu (2) tal-artikolu 963, li jitkellem dwar minn meta jibda jinghadd iz-zmien ta' sitt xhur, il-ligi ssemmi "l-prezentata tac-citazzjoni". Minkejja kien gie ritenut f'gurisprudenza precedenti li s-sitt (6) xhur imsemmija fl-artikolu 963(1) kif inhu llum xorta ma japplikawx ghal procedura mibdija b'Att ta' Citazzjoni, ghaliex fi proceduri sommarji m'hemmx zmien ghall-atti miktuba;

Madankollu, wiehed ghandu jsemmi li l-ligi, wkoll f'dak li jirrigwardal-proceduri informali jew sommarji, tiffissa zmien jew fazi ta' proceduri preliminari li matulhom huwa mistenni li jitressqu l-atti bil-miktub mill-partijiet u li, ma' l-gheluq tieghu, il-kawza titqieghed fuq il-listi ghas-smigh. F'dan il-kaz, allura, hija l-fehma ta' din il-Qorti li l-istitut tad-dezerzjoni jsir japplika b'dak il-mod u f'dawk ic-cirkostanzi, ukoll fil-kaz ta' proceduri mibdijinb'Att ta' Citazzjoni;

Ghal zmien twil, id-disposizzjonijiet tal-ligi ghar-rigward gew imfissra u applikati b'mod iebes u intransigenti ghall-ahhar u dan bil-hsieb li jigi mhares in-nuqqas ta' dewmien mhux mehtieg fil-kawzi. Min-naha l-ohra jidher li huwa daqstant xieraq u misthoqq li l-ligitassikura li s-sanzjonijiet mahsuba fl-istitut tad-dezerzjoni ma jintefghux fuq il-parti li tonqos li twettaq il-parti taghha fiz-zmien stabilit minkejja r-rieda taghha, jew jekk turi li trid tuza l-hila kollha taghha biex tilhaq lill-parti l-ohra, jew fejn il-parti l-ohra tirrinunzja ghall-eccezzjoni;

L-istitut tad-dezerzjoni huwa mahsub biex jippenalizza lil dak l-attur (jew appellant) lima jkunx qieghed imexxi bil-ghaqal il-procedura mibdija minnu, izda mhux mahsub la biex jorbot idejn il-Qorti fl-appuntament tal-kawzi u lanqas biex isawwat lill-attur (jew appellant, skond il-kaz) minhabba htigijiet amministrativi tal-Qorti. Issa, fil-qaghda procedurali li tapplika bhal issa, peress li citazzjoni ma tistax tigi notifikata lill-imharrek qabel ma tkun inharget b'ordni mill-Qorti,l-attur ma jistax jigi kastigat ghaz-zmien li jkun ghadda bejn meta jkun ressaq l-Att tac-Citazzjoni u meta dan ikun inhareg b'ordni tal-Qorti u jkun iffissat il-jum tal-ewwel smigh;

Ghalhekk,jidher li l-waqt li wiehed ghandu jqis b'applikazzjoni ghaz-zmien imsemmi fl-artikolu 963(1) tal-Kap 12 huwa dak ta' meta l-Qorti tohrog l-ordni li bih il-kawza tinghata jum ghall-ewwel smigh u jinhareg l-avviz ta' dik id-data;

Wiehed ma jridx iwarrab minn quddiemu dak li jghid l-artikolu 963(5) tal-Kap 12 dwar iz-zmien imsemmi fis-subartikolu (2) ghal dak li jirrigwarda kawzi li jkunu pendenti quddiem il-Qorti fl-ewwel grad. F'dak il-kaz, il-ligi tghid li kawza li l-proceduri bil-miktub taghha ma jinghalqux fi zmien tas-sitt (6) xhur, titqies li tqeghdet fuq il-lista tal-kawzi li, f'cirkostanzi ohrajn, jithallew sine die taht id-disposizzjonijiet tal-artikolu 964 tal-istess Kodici.L-artikolu 963(5)(a) tal-Kap 12 ma jghidx li l-kawza trid tkun segwiet l-iter imsemmi fl-artikolu 964(1), imma biss li, f'kaz li kawza pendenti quddiem il-Qorti tal-ewwel grad, li l-procedura bil-miktub taghha ma tkunx inghalqet fiz-zmien imfisser fl-artikolu 963(1), din titqies bhala kawza litkun tqeghdet fuq il-lista tas-smigh u titqies bhala kawza li, b'ordni tal-Qorti, tkun marret sine die, ghalkemm fil-fatt ma tkun ghadha qatt hekk tqeghdet;

Il-frazi "ghandha titqies" li tinsabfl-artikolu 963(5)(a) tal-Kap 12 trid tigi mfissra kif riedha l-legislatur, jigifieri li kawza fl-ewwel grad li l-proceduri bil-miktub taghha ma jkunux inghalqu fiz-zmien ta' sitt xhur, tkun tqeghdetghas-smigh u thalliet b'ordni tal-Qorti sine die, bl-effetti mahsuba fl-artikolu 964 dwar kawzi hekk imhollija, maghdud maghhom l-istadju tal-pubblikazzjoni tal-listi kif hemm imfisser;

N.B. Dwar dan il-punt ara pero` s-segwenti sentenzi tal-Qorti ta` l-Appell: Distinct Conversions Ltd v. Joseph Fasanelli et (ACIV 1956/1999 Dec 31/01/2003) u Direttur tal-Kuntratti v. Cleanwell Services Ltd(ACIV 2101/1998 Dec 31/01/2003).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info