Referenza: 1042/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
VELLA IMPORTS LTD vs PARIS GERALD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, LEGITTIMU KONTRADITTUR - KOLLIZJONI, ASSIKURAZZJONI MHIX LEGITTIMA KONTRADITTRICI F`AZZJONI GHAD-DANNI
Fil-Qosor
Il-ligi titfa' fuq assiguratur responsabbilta' diretta ghall-hlas lill-persuna li favuriha tkun inghatat sentenza kontra persuna assikurata mal-istess assiguratur, u dan minkejja li l-assikuratur ikunjista' jew fil-fatt jannulla l-polza. Minbarra dan, biex l-imsemmija sentenza tkun torbot lill-assiguratur, dan irid ikun gie notifikat b'att gudizzjarju qabel ma tkun inghatat is-sentenza;

Minn dawn id-dispozizzjonijiet jinstilet element qawwi ta' interess tal-assikuratur fl-ezitu ta' kawza fejn l-assikurat tieghu jkun qieghed jigi mixli bi htija ghal ghamil li jincidi fuq il-grajja koperta bil-polza ta' assikurazzjoni. Il-fatt wahdu li kumpannija assikuratrici tidhol f'kawza m'ghandubl-ebda mod jinftiehem bhala stqarrija min-naha taghha li hija accettat ir-responsabbilta' ta' dakli jkun sehh;

Is-sejbien minn Qorti li persuna hija kontradittur legittimu m'hijiex lanqas konkluzjoni definittiva li tali persuna hija l-hatja jew li b'hekk stqarret il-htija. Id-dikjarazzjoni ta' Qorti li parti f'kawza tkun kontradittur legittimu ma tifisser bl-ebda mod li dik il-Qorti matistax, meta tqis l-eccezzjonijiet ta' dik il-parti u wara li tkun semghet it-trattazzjoni tal-kaz fil-mertu, aktar 'il quddiem tasal ghall-fehma li dik il-parti ma kellha xi twiegeb xejn ghall-htijiet attribwiti lilha mill-parti attrici;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni