Referenza: 1590/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/06/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MIDDLE SEA INSURANCE PLC. NOE vs SAMMUT VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, RESPONSABILITA` GHAL DANNI KAGUNATI MINN ANNIMAL - PROVA, VEROSIMILJANZA BHALA FORMA TA` KORROBORAZZJONI - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI
Fil-Qosor
Id-dispost tal-Artikolu 1040 tal-Kodici Civili jenuncja r-responsabilita` tas-sid ta' annimal:

"Is-sid ta' annimal, jew il-persuna li taghmel uzu minn annimal ghaz-zmien li taghmel uzu minnu, iwiegbu ghall-hsara li dak l-annimal jikkaguna, sew jekk ikun jinsab taht idejhom kemm jekk ikun intilef jew harab."

L-imsemmija disposizzjoni tghabbi lis-sid bir-responsabilita` tal-hsara kagunata mill-annimal, b'mod illi hu ma jigix ezonerat minn tali responsabilita` b'semplici allegazzjonita' nuqqas ta' htija da parti tieghu, izda jkun irid jigi dimostrat il-kaz fortuwitu jew il-forza magguri, jew inkella l-fatt kolpuz ta' terz jew ta' min ikun garrab il-hsara, bhala kawza dirett ta' l-istess.

Ghalkemm min jagixxi ghad-danni ma ghandux ghalfejn, skond il-precitat insenjament,jipprova l-htija tal-proprjetarju gjaladarba din hi hekk mil-ligi prezunta, b'danakollu irid necessarjament jipprova illi kien proprju l-annimal tal-konvenut li kkaguna d-dannu li tieghu qed jitlob ir-rizarciment. Din il-prova tista' tirrizulta anke minn presunzjonijiet meta dawn ikunu gravi, precizi u konkordanti.

Anzi f'kaz ta' konflittwalita` l-Qorti trid tadopera aktar attenzjoni biex proprju taccerta ruhha jekk xi wahda miz-zewg verzjonijiet possibbli ghandhiex teskludi lill-ohra, anke fuq l-bilanc tal-probabilitajiet, tal-preponderanza u tal-verosimiljanza tal-provi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni