Referenza: 762/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
MALLIA BONELLO TONY vs ANGELO XUEREB (CONSTRUCTION) LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI FAVUR KLAWSOLI LI JISTGHU IHALLU EFFETT FUQ DAWK LI MA JHALLU EBDA EFFETT - KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI TA` - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI JKUNU CARI - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI - KUNTRATT, META TINHOLOQ CIRKOSTANZA MHUX PREVISTA - KUNTRATT, REGOLI TA` INTERPRETAZZJONI - PROVA, ECCEZZJONIJIET GHALL-PROVA SKRITTA
Fil-Qosor
L-artikolu 1002 tal-Kodici Civili jistabilixxi li "Meta l-kliem ta' konvenzjoni, mehud fis-sens li ghandu skond l-uzu fiz-zmien tal-kuntratt, hu car, ma hemmx lok ghal interpretazzjoni".

Il-principju kardinali li jirregola l-istatut tal-kuntratti jibqa' dejjem dak li l-vinkolu kontrattwali ghandu jigi rispettat u li hi l-volonta` tal-kontraenti kif espressa fil-konvenzjoni li kellha tipprevali u trid tigi osservata. Pacta sunt servanda.

Il-gurisprudenza nostrali hi kostanti filli rriteniet li ma hiex ammissibbli li prova testimonjali kontra jew in aggjunta ghall-kontenut ta' attmiktub u hi talvolta ammessa biex tikkjarifika l-intenzjoni tal-partijiet meta din hi espressa b'modambigwu.

Il-Qrati jkunu obbligati jinterpretaw il-konvenzjoni meta f'kuntratt il-partijiet ma jkunux spjegaw ruhhom car jew posterjorment ghall-kuntratt jintervjeni avveniment li jkollu bhalakonsegwenza kwistjoni li ma tkunx giet preveduta u li kien hemm bzonn li tigi maqtugha, u din ghandha tigi primarjament interpretata skond l-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu parti fil-kuntratt uli tkun tidher car mill-kumpless tal-konvenzjonijiet.

L-interpretazzjoni li trid tinghata, meta klawsola tista' tfisser haga w ohra, din ghandha tinftiehem dik il-haga li biha jista' jkun hemmxi effetti milli dik il-haga li biha ma seta' jkun hemm ebda effett. Disposizzjoni li tirrifletti l-principju "in dubiis interpretatio capienda est, ut dispositio potius valeat quam pereat".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni