Referenza: 2744/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
POOL CHARLES vs MERCIECA CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET DWAR IN-NULLITA` TAL-KAMBJALA - ACTIO CAMBIARIA, OBBLIGAZZJONIJIET INDIPENDENTI - KAMBJALA, NATURA TA`
Fil-Qosor
Kawza proposta a bazi ta' kambjala ghandha tigi mill-Qorti trattata bl-akbar celerita' possibbli. Il-kambjala hija proprju l-instrument kummercjali nventat biex appuntu jassigura din il-heffa u l-ghaggla fic-cirkontrazzjoni tal-krediti u d-dejn u sabiex tirrispetta u kemm jista' jkun tiggarantixxi li l-processi kummercjali jkunu animati mill-istess esigenzi.

Biex tassigura din ic-celerita',l-ligi tiffrena l-eccezzjonijiet li jistghu jinghataw kontra l-possessur tal-kambjala biex dawn majittardjawx il-kanonizzazzjoni ta' mport ta' kambjala. Tammetti eccezzjonijiet biex meta dawn ikunta' facli soluzzjoni.

Appena kambjala tigi ammessa, tigi krejata obligazzjoni 'ad hoc', ghalkollox indipendenti u separata minn kwalunkwe obligazzjoni li seghtet ipprecedietha. Ghalhekk f'kawza bhal din, l-eccezzjonijiet ammissibbli huma generalment limitati ghall-kambjala nnifisha u bhalaregola m' ghandhomx jigu permessi eccezzjonijiet li jikkoncernaw obligazzjonijiet precedenti.

Fl-azzjoni kambjarja huma permessi biss eccezzjonijiet li jikkontestaw il-validita formali tal-kambjala in kwantu jallegaw li din tkun fuq il-wicc taghha inoltre f'xi wahda mill-elementi kostitwiti essenzjali taghha kif trid il-ligi

Hemm eccezzjonijiet permessibbli ghal dana kollu meta l-eccezzjoni tolqot l-ezistenza tal-kambjala stess bhal meta l-kunsens tal-accettant tal-kambjala jkun vizzjat minhabba vjolenza jew dolo u ghalhekk tali eccezzjoni ghandha tingieb permezz ta' azzjoni ohrau permezz ta' azzjoni ad hoc.

Huwa veru illi skond dana l-artikolu tal-ligi, meta l-eccezzjoni ma tistghax tigi definita malajr ma hijiex ammissibbli meta biha jkun ritardat il-pagament. Pero' hemm eccezzjonijiet tant assoluti kemm relattivi, li jistghu jigu moghtija u ghandhom ikunu ammessi. Dawna l-eccezzjonijiet ghandhom il-bazi taghhom fid-dritt komuni u fid-dritt kambjarju. Per ezempju, l-inkapacita' li hija regolata mid-dritt komuni tifforma wahda mill-eccezzjonijietassoluti, u l-pagament huwa wiehed mill-eccezzjonijiet relativi jew personali li huma regolati mid-dritt kambjarju. Hemm ukoll eccezzjonijiet li gejjin minn fatti posterjuri ghad-data ta' l-emissjoni tal-kambjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni