Reference: 1548/1985/1

Judgement Details


Date
28/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GATT SAVIOUR ET vs GATT EDGAR PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, APPARTENENZA TA` ASSI FORMANTI PARTI MILL-KOMUNJONI TA` L-AKKWISTI QABEL ISSIR ID-DIVIZJONI - DIVIZJONI, FID-DIVIZJONI TA` ASSI EREDITARJI JRIDU JINGIEBU FIL-QASMA DAK KOLLU LI JIDHOL F`DAWK L-ASSI - DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR
Summary
Fejn imut ir-ragel u ma tkunx saret il-likwidazzjni tal-komunjoni ta' l-akkwisti l-assi ma jistghuxjitqiesu li huma ta' l-eredi tieghu, kif lanqas ma jista' jinghad li huma tal-mara, armla tieghu. Jibqghu jappartjenu lill-komunjoni sakemm din tibqa' fi stat ta' indivizjoni.

Il-gurisprudenzaezistenti hi kollha fis-sens illi fid-divizjoni ta' assi ereditarji jridu jingiebu fil-qasma dak kollu li jidhol f'dawk l-assi. Il-principju hu illi 'judex familiae erciscundae nihil debet indivisumrelinquere'.

F'azzjoni bhal din jidhlu mhux biss is-sustanzi attivi u passivi ezistenti fil-gurnata ta' l-apertura tas-successjoni, izda anki l-akkwisti u l-ispejjez li jkunu saru in pendenzata' l-istess successjoni, kif ukoll ir-rizultat ta' l-amministrazzjoni provvizorja li tkun saret, anke mill-istess konsorti, fil-kors tal-komunjoni ereditarja.

Ghaldaqstant fil-likwidazzjoni tal-wirt ghandhom jigu komprizi anki l-frutti tal-beni komuni.

F'materja ta' divizjoni jinzammudejjem in mira dawn il-principji, jigifieri:

(I) li mill-qasma titnissel ripartizzjoni ugwali;

(II) li fejn jezisti l-mezz possibbli tad-divizjoni, il-licitazzjoni ghandha tigi evitata;

(III) li ghalkemm per regola d-divizjoni ghandha ssir bix-xorti b'danakollu meta s-sortegg mhux konsentit, dato c-cirkostanzi partikolari tal-kaz, ghandha tigi preferuta d-divizjoni "per assegnazione";

(IV) li f'divizjoni hu dejjem desiderabbli li l-ekwiparazzjoni ma tkunx oneruza;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info