Reference: 30/1994/2

Judgement Details


Date
28/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF STAFRACE DR SIMON NOE vs RIPARD JOHN ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AGENT TA` BASTIMENT, RESPONSABILITA` TA` - POLZA TA` KARIKU, AMMONT TA` MERKANZIJA INDIKAT FI - POLZA TA` KARIKU, FRAZI DICE ESSERE - POLZA TA` KARIKU, FRAZI SAID TO CONTAIN - POLZA TA` KARIKU, INTERPRETAZZJONI TA` - POLZA TA` KARIKU, VALUR PROBATORJU TA`
Summary
L-agent ta' vapur fil-pajjiz ta' destinazzjoni ta' merkanzija trasportatata minn dak il-vapur huwa responsabbli verso l-importatur ghall-obbligazzjonijiet assunti mill-agent ta' l-istess vapur fil-pajjiz tal-kariku.

Dan igib bhala konsegwenza illi meta kaptan jircievi merkanzija abbord huwa jassumi l-obbligu li jikkonsenjaha fl-istat li rceviha in konsenja, inkella huwa jkun responsabbli ghad-danni li jkunu sehhu lill-merkanzija karikata, sakemm tali danni ma jkunux l-effet ta' vizzju fil-merkanzija jew forza magguri u l-ezoneru minn tali responsabilita` jista biss jigi provat bi stipulazzjoni espressa.

L-ammont ta' merkanzija stipulat fil-polza ta' kariku huwa biss prova primafacie li dak l-ammont gie karikat, sakemm ma jigix provat il-kuntrarju permezz ta' dicitura differenti fil-polza. Trasportatur huwa marbut li jikkonsenja l-ammont shih ta' merci indikati fil-polza sakemm, ma jkunx jista' juri li tali merkanzija ma tkunx giet karikata in toto jew in parte.

Jinghad li li l-frazi "said to contain", jew "dice essere" ghandha precizament l-iskop li tipprotegilill-kaptan tal-vapur mid-differenza bejn l-ammont ta' merkanzija realment karikat u l-ammont rizultanti mill-polza ta' kariku. Huwa veru li minkejja din il-klawsola in-negligenza jew id-dolus tal-kaptan ikunu jistghu jigu provati xorta wahda izda l-effett ta' tali klawsola huwa li tali negligenza jew dolus ma jkunux jistghu jigu prezunti mis-semplici differenza fil-kwantita`.

Barra minn hekk mhux lecitu li kondizzjoni fil-polza ta' kariku tinghata estensjoni usa' minn dik importata mis-sens u l-ispirtu naturali tal-kliem uzati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info