Referenza: 7/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/05/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs GATT LAURENCE OMISSIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TA` L-AKKUZA, AKKUZI KONFLIGGENTI - ATT TA` L-AKKUZA, KAPI ALTERNATTIVI - ATT TA` L-AKKUZA, NULLITA` TA`
Fil-Qosor
Meta l-Kodici jitkellem dwar x'ghandu jkun fih l-Att ta' Akkuza - Artikolu 589 - hu evidenti li hawnil-legislatur qed jikkontempla Att ta' Akkuza li jkun fih akkuza ta' reat wiehed biss. In fatti l-paragrafu (c) tal-imsemmi Artikolu 589 jitkellem dwar "il-fatt li jikkostitwixxi r-reat", u l-paragrafu (d) juza l-kliem ".l-imputat jigi akkuzat tar-reat kif migjub jew imfisser fil-ligi". Hija prassiinveterata fil-Qorti Kriminali li jekk fl-Att ta' Akkuza l-Avukat Generali jrid jakkuza lil persunab'aktar minn reat wiehed, huwa jaqsam l-Att ta' Akkuza f'daqstant kapi daqs kemm ikun hemm reati libihom ikun qed jakkuza, u dan irrispettivament minn jekk l-akkuzi jkunux konnessi o meno ma' xulxinfis-sens tal-Artikolu 592. Wiehed jista' jghid, u din il-Qorti qieghda f'dan is-sens tafferma, li kemm il-prassi kif ukoll il-gurisprudenza stabbilew li dik il-parti tal-Artikolu 593(1) tal-Kodici Kriminali li tghid li

.l-att ta' l-akkuza ghandu jinqasam f'diversi kapi, u f'kull wiehed minnhom ghandha tithares id-disposizzjoni ta' l-artikolu 589

tapplika mhux biss meta r-reati majkunux konnessi izda anke meta jkunu hekk konnessi. Kieku ma kienx hekk, u kieku l-Avukat Generali jista' jakkuza lil persuna b'aktar minn reat wiehed minghajr ma jaqsam l-Att ta' Akkuza f'diversi kapi, mhux biss jista' l-akkuzat jigi pregudikat fid-difiza tieghu, izda jkun kwazi impossibbli li wiehed japplika sew l-Artikolu 467 tal-Kodici Kriminali li jitkellem dwar kif il-gurati ghandhom jaghtul-verdett taghhom. Ghalhekk ukoll, kap fl-Att ta' Akkuza jista' jikkontjeni biss akkuza ta' reat wiehed; jekk jikkontjeni akkuza ta' aktar minn reat wiehed, dan ikun null.

Minn dan kollu jitnissel li kull kap hu indipendenti minn kull kap iehor, tant li jista' jkollok addirittura kapi li jikkontradicu lil xulxin. Hekk kien jigri, infatti, sa ftit xhur ilu meta l-prosekuzzjoni kienet takkuzapersuna b'serq ta' oggett partikolari u, f'kap iehor, bir-ricettazzjoni ta' dak l-istess oggett. Jinghad sa ftit xhur ilu, ghax, b'effett mill-1 ta' Mejju, 2002 u bl-emenda introdotta bl-Artikolu 112tal-Att III tal-2002, persuna akkuzata b'serq ta' oggett tista' llum tigi dikjarata hatja mill-gurati ta' misapproprjazzjoni ta' dak l-oggett jew tar-ricettazzjoni tieghu, u vice versa (ara l-Artikolu 476(2) tal-Kodici Kriminali). Kien proprju ghalhekk, u cioe` minhabba l-kontradittorjeta` fil-fatti esposti f'zewg kapi jew aktar, li giet introdotta l-prassi tal-kapi alternattivi, prassi li giet rikonoxxuta legislattivament fl-1967 bl-introduzzjoni tal-Qorti ta' l-Appell Kriminali u l-Artikolu 508(2)(c).

Ghalhekk, jekk verament hemm kontradittorjeta` bejn il-fatti esposti bejn kap u iehor tal-Att ta' Akkuza, is-soluzzjoni ma hix id-dikjarazzjoni tan-nullita` ta' wiehed minnhom, izda li l-Qorti Kriminali tikkunsidrahom bhala alternattivi:

S'intendi, hemm dejjem il-perikolu limeta l-prosekuzzjoni takkuza b'kapi li huma kontradittorji ghal dawk li huma fatti, id-difiza taghmel kapital minn dan il-fatt billi tallega li lanqas il-prosekuzzjoni ma taf ezattament x'gara fil-kazpartikolari; jew tallega li l-provi huma tant dghajfa li ebda wiehed miz-zewg kapi ma gie pruvat sodisfacentement.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni