Reference: 41/2000/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CUTAJAR PAULINE vs MANGION CARMELA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, CESSJONI TA` NEGOZJU MHUX NECESSARJAMENT TIKKOMPRENDI C-CESSJONI TA` L-INKWILINAT - LOKAZZJONI, ELEMENTI TAS-SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, GESTJONI TA` NEGOZJU MA TAMMONTAX GHAL SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` TRASFERIMENT TAL-KIRJA TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, ONERU TAL-PROVA FIL-KAZ TA` SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, TIP TA` KUNSENS MEHTIEG TAHT IL-KAP. 69 SABIEX ISSIR SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, UZU MINN TERZ TAL-FOND LOKAT
Summary
Il-prova tas-sullokazzjoni jew tat-trasferiment tal-kirja kellu jipprovaha min jallegaha, jigifierir-rikorrenti appellanti.

Tali prova kellha tkun wahda cara u univoka u ma thalli l-ebda lok ghal dubju ragjonevoli. Altrimenti l-Qorti jkollha taqa' fuq ir-regola "actore non probante, reus absolvitur". Dan hu hekk dejjem u f'kull kaz. Fil-kirjiet imbaghad, vizwalizzata l-qaghda mill-ottika tal-Kap 69, meta din il-prova ma tkunx wahda konkludenti l-Qorti hi obbligata tiffavorixxi lill-inkwilin u ssalva l-kirja.

Fil-kaz in ezami kien inkombenti fuq l-appellanti li tipprova zewg affarijiet, u cjoe`:-

il-fatt tas-sullokazzjoni tal-fond jew tat-trasferiment tal-kirja;
litali sullokazzjoni, cessjoni jew trasferiment sar minghajr l-awtorizazzjoni espressa taghha, qua sid.

Bhala kunsiderazzjoni ta' dritt "hu pacifiku illi l-inkwilin ma kienx tenut li jiggestixxin-negozju fil-fond lilu lokat personalment u seta' hekk jaghmel tramite s-servizzi ta' haddiehor. Dan kif inhu risaput jista' jsir b'diversi modi mhux biss bl-impjieg ta' persuni biex jikkonducu l-operazzjoni kummercjali, imma wkoll billi l-inkwilin jassocja mieghu persuni ohra ghal dan il-fini f'arrangamenti li jistghu jiehdu varji forom".

Ma' dan il-hsieb huma konkordi bosta sentenzi, kemm anterjuri kif ukoll posterjuri, kif hekk hu pacifiku minn dawn l-ezemplari fil-kawzi fl-ismijiet.

Il-ligi tipprojbixxi illi l-kerrej minghajr il-kunsens espress tas-sid, jissulloka l-fond jew icedi l-inkwilinat tieghu, imma ma tipprojbix illi l-kerrej jiggestixxi hanut mikri lilu permezzta' haddiehor, jew li jassocja mieghu lil haddiehor fin-negozju ta' dak il-hanut, u l-fatt li l-inkwilin jinsab imsiefer minhabba mard u l-hanut li ghandu Malta jinsab gestit minn terza persuna bi ftehim ta' assocjazzjoni mieghu, ma jfisserx tabilfors li dak l-inkwilin issulloka l-fond lil dik it-terza persuna jew cedielha l-inkwilinat tal-hanut. Ma jistax jinghad li kien hemm sullokazzjoni jew cessjoni tal-inkwilinat jekk ma jigux pruvati l-elementi ta' dawn il-figuri guridici; u jekk ma jiguxpruvati dawn l-elementi ma tistax tigi akkolta t-talba tal-lokatur ghar-ripreza ta' pussess ta' dakil-hanut bazata fuq l-allegata sullokazzjoni jew cessjoni ta' inkwilinat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info