Reference: 28/2002/1

Judgement Details


Date
29/04/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
DEBONO NICHOLAS ET vs REGISTRATUR PRINCIPALI TAL-QRATI TAL-GUSTIZZJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 152 (1) TAL KAPITOLU 12 - ARTIKOLU 39 (2) TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 6 (1) TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - AUDI ALTERAM PARTEM - CAUSAM PROPRIAM - RAGONEVOLEZZA FIT TMEXXIJA L QUDDIEM TAL KAWZI - SMIGH XIERAQ
Summary
Id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni huma mahsuba biex, fi proceduri dwar drittijiet jew obbligazzjonijiet civili, jassiguraw il-harsien taz-zewg principji tal-haqq naturali tal-audi alteram partem u tan-nemo judex in causam propriam. Mizjuda ma' dan il-ghan, u mhux minfloku jew bi hsara ghalih, hemm l-element tal-heffa ragonevoli tal-procediment ta' kawza. Imbaghad, f'kazta' appell, l-obbligu ta' smigh xieraq, trattazzjoni u decizjoni huwa aktar impellenti u doveruz, ghaliex mhux biss l-appellant imma l-parti appellata wkoll (jekk mhux izjed) ghandha dritt ghal tali smigh xieraq fi zmien ragonevoli. Ghaliex, daqskemm il-parti telliefa fl-ewwel istanza ghandha jeddli tressaq appell minn sentenza quddiem Qorti oghla, daqstant iehor, b'harsien tal-principju accettat tal-equality of arms, il-parti rebbieha ghandha jedd tistenna li tiehu sentenza mit-tieni Qorti bla dewmien zejjed.

Id-dritt ghal smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli, madankollu, m'huwiex xidritt illimitat, imma huwa regolat ragonevolment bil-procedura li tkun fis-sehh minn zmien ghal zmien. Dan igib mieghu wkoll li jekk il-procedura tistabilixxi regoli biex bihom jithaddem is-smigh kifimiss tal-kawzi, in-nuqqas ta' tharis tal-istess regoli a skapitu ta' xi parti ghandu, fil-fehma meqjusa ta' din il-Qorti, igib mieghu censura u jaghti lok ghal rimedju, izjed u izjed jekk ghan-nuqqas ta' tharis imsemmi l-parti ma jkollha l-ebda sehem jew htija.

Id-dritt fondamentali tal-individwu li jkollu l-kawza tieghu mismugha b'mod xieraq u fi zmien ragonevoli timponi fuq l-Istat lijhares id-Dritt li jassigura l-ezistenza u z-zamma fis-sehh ta' sistema efficjenti ta' amministrazzjoni ta' gustizzja. Dan jitnissel billi l-Istat jipprovdi strutturi, rizorsi u ghodod li bihom il-Qrati jkunu jistghu jwettqu xogholhom kif imiss. B'zieda ma dan, inghad ukoll li l-investigazzjoni ta' dewmien fis-smigh ta' kawza m'ghandhiex issir semplicistikament fit-termini dojoq tal-kawza partikolari, imma f'termini ferm usa' li jhaddnu c-cirkostanzi kollha li fihom dik il-Qorti tkun qeghda tahdem fiz-zmien relattiv.

B'danakollu, jekk minhabba l-inadekwatezza tal-istrutturi li tfasslubiex tithaddem il-magna tal-amministrazzjoni tal-gustizzja jbati bla htija c-cittadin, l-Istat iridjaghmel tajjeb ghal tali tbatija. Ghaliex kif qalet il-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem f'ghadd ta' kawzi, meta kienet qeghda tgharbel l-implikazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-artikolu6 tal-Konvenzjoni, “... (that article) imposes on the Contracting States the duty to organise theirjudicial systems in such a way that the Courts can meet the requirments of this provision Salesi vs Italy (26/2/1993). It wishes to reaffirm the importance of administering justice without delayswhich might prejudice its effectiveness and credibility Katte Klitsche de la Grange vs Italy (27/10/1994). Izda, dan l-ahhar, dik il-Qorti kienet f'qaghda li zzid tghallem li “whether or not the subject matter of the cases called for particular urgency in deciding them, ... it is for the Contracting States to organise their legal systems in such a way that their courts can guarantee the rightsto everyone to obtain a final decision on disputes relating to civil rights and obligations within areasonable time Horvat vs Croatia (26/7/2001).

Meta gie mistharreg l-aspett tar-ragonevolezza fit-tmexxija ‘l quddiem tal-kawzi, dik il-Qorti kellha dan xi tghid: “reasonableness ... must be assessed in each case according to the particular circumstances. ... The Court has, for this purpose, had regard, inter alia, to the complexity of the case, and to the conduct of both the applicantand the competent authorities...” maghdud ma' dawn ukoll “..the importance of what was at stake forthe applicant in the litigation”. Il-kriterju tar-ragonevolezza fil-mixi ‘l quddiem ta' smigh ta'kawza ta' indoli civili sakemm jaghlaq iz-zmien biex sentenza tigi appellata jew, fin-nuqqas ta' appell, sakemm is-sentenza dwar il-vertenza ssir gudikat, u ghalkemm m'hemm l-ebda terminu assolut u m'hemm l-ebda fattur partikolari li wahdu huwa determinanti, ic-cirkostanzi kollha maghdudin flimkienb'effett kumulattiv ghandhom ikunu bazi tajba biex jitqies il-kriterju tar-ragonevolezza fid-dewmienprocedurali.

Filwaqt li l-Istat ma jahtix ta' ksur ta' d-dritt ghal smigh xieraq minhabba l-ghamil jew dewmien imnissel mill-parti li kontra taghha l-applikant iressaq proceduri civili, jew minhabba n-nuqqas ta' thabrik minn avukat mahtur ghall-applikant ukoll jekk bil-beneficcju tal-ghajnuna legali, “in non-criminal cases, States have been held responsible for delays in civil and administrative courts in performing routine registry tasks, in the conduct of the hearing by the court... and for delays caused by lack of co-ordination between administrative authorities”.

Din il-Qorti ma ghandha l-ebda dubju li l-ilment tar-rikorrenti huwa msejjes tajjeb. Dan ghaliex, minkejja c-cirkostanzi kollha tal-qaghda quddiem dik il-Qorti, l-artikolu 152(1) tal-Kapitolu 12 ma gie mhares bl-ebda mod, u z-zmien ta' sitt (6) xhur massimu previst f'dak l-artikolu biex kawza appellata tinghata smigh inqabez qatigh. Minbarra dan, jirrizulta wkoll li kien biss wara li r-rikorrenti ressqu zewg atti gudizzjarji (rikors u protest gudizzjarju) li dak li talbu nghata. F'dan ir-rigward, is-sottomissjoni taghhom fis-sens li l-intimat Registratur Principali tal-Qorti ma kellux ghalfejn jistenna li jintalab jagixxi skond il-ligi biex iharisha ghandha mis-sewwa. L-obbligu impost minn dak l-artikolu fuq ir-Registratur kien wiehed tassattiv u mandatarju: ladarba ma wettqux, holoq ksur ta' regola ewlenija procedurali li xekklet il-jedd ta' smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli.

Min-naha l-ohra, hemm certa siwi f'dak li l-intimati jissottomettu fin-Nota taghhom dwar il-fatt li r-rikorrenti setghu ressqu t-talba taghhom b'rikors qabel u mhux hallew izjed minn sentejn biex ghamlu l-pass. Izda, fil-fehma ta' din il-Qorti, dan is-siwi huwa wiehed limitat ghall-ahhar, ghaliex (a) ir-rikorrent wera li kien assidwu u diligenti li jsegwi x'kien qieghed jigri mill-proceduri pendenti l-appell; (b) li ma kellu l-ebda htija li emmen lil min (impjegat tal-istess intimat) qallu li s-smightal-kawzi fl-appell kien qieghed lura b'madwar sentejn; (c) li hekk kif “intebah” x'ghamel haddiehor biex isehhlu jinghata data ghal smigh, ghamel bhalu minghajr hela ta' zmien; u (d) ghaliex l-obbligu li kawza appellata titqieghed ghas-smigh kien obbligu fuq l-intimat Registratur u mhux fakulta' moghtija lill-parti appellanti jew appellata. B'zieda ma' dan, il-Qorti tqis li l-fatt li l-Onorabbli Qorti tal-Appell laqghet it-talba tar-rikorrenti biex l-appell jitqieghed ghas-smigh juri kemm kienet misthoqqa t-talba, u kemm kien sejjer ikun ingustifikat id-dewmien ulterjuri fl-ghoti tal-appuntament tas-smigh li kieku tali rikors ma kienx tressaq.

F'dan il-kaz, din il-Qorti ssib li r-rikorrenti garrbu ghamla ta' pregudizzju li llum ma jistax jinghad li huwa ghal kollox re-integrat.Il-Kostituzzjoni trid li jekk rimedju ma jkunx jista' jinghata b'reintegrazzjoni fid-dritt miksur,allura dak ir-rimedju ghandu jinghata xort'ohra u dan jista' jikkonsisti fil-hlas ta' kumpens adegwat. Fin-nuqqas, il-Kostituzzjoni fl-artikolu 46(1) ma tkunx lahqet l-iskop taghha li taghti rimedju.

Min-naha l-ohra, huwa llum il-gurnata accettat li, f'materja ta' kumpens moghti ghal xi ksur ta' jedd fondamentali, ir-rimedju finanzjarju fejn applikabbli fil-kaz ta' tali ksur m'hux biss m'ghandux ikun ekwiparat mad-dannu attwali mgarrab mill-persuna, imma ghandu jkun jirrifletti l-gravita' tal-ksur u l-oltragg fiziku u morali li jkun gie kawzat lill-persuna.

Ghaldaqstant, dinil-Qorti tiddeciedi billi: tiddikjara li l-intimat Registratur Principali tal-Qrati kiser l-obbligimqeghdin fuqu bl-artikolu 152(1) tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta fir-rigward tal-proceduri civili li fihom ir-rikorrenti kienu parti; tiddikjara li l-intimat kiser il-jedd tar-rikorrenti ghal smigh xieraq gheluq zmien ragonevoli bi ksur tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni; tghid li r-rikorrenti jisthoqqilhom kumpens ta' Lm500 bejniethom, pagabbli lilhom mill-intimati solidalment; tikkundanna lill-intimati jhallsu l-imsemmi kumpens lir-rikorrenti bl-imghaxijiet legali; u tikkundanna lill-intimati jhallsu l-ispejjez ta' din il-procedura.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info