Reference: 2603/2000/1

Judgement Details


Date
30/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BUHAGIAR TREVOR ET vs MONTALDO INSURANCE SERVICES PEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, MA TIGIX INTERROTTA B`OFFERTI LI JSIRU IN LINEA TA` TRANSAZZJONI - TRANSAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` - TRANSAZZJONI, NECESSITA` LI SSIR BIL-MIKTUB
Summary
L-artikolu 1233(d) tal-Kap.16 jipprovdi illi:-

"(1) Bla hsara tal-kazijiet li fihom il-ligi espressament, taghmel mehtieg l-att pubbliku, ghandhom isiru b'att pubbliku jew b'kitba privata, tahtpiena ta' nullita'

(d) it-transazzjoni."

L-artikolu 1718 tal-Kap.16 jipprovdi illi :-

"It-transazzjoni hija kuntratt li bih il-partijiet, b'xi haga li jaghtu, iwieghdu, jew izommu, jaghtu tmiem ghal kawza mibdija, jew jevitaw li tkun sejra ssir."

L-estremi tat-transazzjoni huma kawza mibdija li tigi mitmuma, u haga moghtija, imweghda jew mizmuma bejn il-partijiet kontraenti.

It-transazzjoni li jkollha bhala oggett taghha xi immobbli ghandha ssir b'att pubbliku. Jekk l-oggett taghha ma jkunx xi mmobbli, it-transazzjoni trid issir almenu bi skrittura privata.Jekk ma tigix osservata din il-formalita` t-transazzjoni tkun nulla u ta' ebda effett.

Skopta' dan il-kuntratt huwa dak li tigi terminata kawza mibdija jew li tigi evitata kawza imminenti b'mod li hija nulla kwalunkwe transazzjoni bejn il-partijiet fuq haga li huma jkollhom kontroversja fuqha; kontroversja, mbaghad, li trid tkun serja u reali, b'dubju dwar l-ezitu taghha; u cjoe' li l-kawza li l-partijiet ikunu jridu jitterminaw jew jevitaw tkun trid tkun dubja fiha nfisha jew fl-animutal-partijiet.

Hija bizzejjed il-possibbilta` ta' kontestazzjoni bejn il-partijiet biex ikunhemm wiehed mill-presupposti tal-kundizzjonijiet ta' transazzjoni.

Ghandu jkun car illi potenzjalment kull vertenza dwar drittijiet pretizi setghet twassal ghal proceduri gudizzjarji. Mill-banda l-ohra, kull vertenza bhal din setghet tigi komposta barra l-Qorti w indubbjament il-ligi ma tesigix, u mkien ma hemm provdut, li kull ftehim milhuq dwar vertenza ta' din ix-xorta kellu necessarjament jigi redatt bil-miktub u ffirmat mill-kontendenti ad validitatem u taht piena ta' nullita`. Il-ligi bl-ebda mod ma riedet tnaqqas il-valur tal-ftehim bonarju, sigillat bil-ftehim bil-fomm, taht l-insenja ta' l-irgulija. Il-ligi kienet tesigi biss illi meta l-vertenza dwar drittijiet tkun tifforma l-mertu ta' kawza diga' mibdija jew li tkun sejra ssir, din kien jehtieg li ssir b'kitba taht piena ta' nullita` biex tigi assigurata c-certezza ta' prova li tali transazzjoni tkun verament sehhet ubiex jigu kjarament stabbiliti t-termini taghha.

Dan proprju biex jigi evitat li ftehim ta'din ix-xorta mhux kjarament espress jew jintralcja ulterjorment kawza gia mibdija jew jipprovoka komplikazzjonijiet f'kawza li tkun sejra ssir. Il-ligi allura, f'dawn ic-cirkostanzi, tesigi l-ahjar prova ta' l-obbligazzjonijiet assunti u taghzel li tinjora bhala mhux ezistenti kull komposizzjoni bonarja ta' vertenzi li ma jkunux bil-miktub.

Il-kelma transazzjoni fis-subinciz 1 (d) ta' l-artikolu 1233 tal-Kodici Civili kellha tigi mifhuma fid-definizzjoni li l-ligi taghti ta' din il-kelmaqua forma ta' kuntratt fl-artikolu 1718. Dan pero` ma jfissirx li kull ftehim iehor dwar pretiza ta'drittijiet ma setghax isir u ma setghax jigi konkjuz jekk mhux in via ta' transazzjoni fis-sens strett tal-kelma precizat bl-artikolu 1718. Ghall-kuntrarju dan hu ghal kollox possibbli u seta' jsir ukien awspikat li jsir, salv pero` d-diffikulta` fil-kaz ta' ftehim bil-fomm tal-prova ta' l-obbligazzjonijiet assunti li jkollha ssir f'kaz ta' nuqqas ta' qbil dwar dak li effettivament kien gie miftiehem. Il-ligi ghalhekk tesigi l-iskrittura biss fil-kaz ta' transazzjoni milhuqa fit-termini stretti ta' l-artikolu 1718 in omagg tal-principju contra scriptum non est argumentum u biex takkwista l-vantagg shih ta' tali principju. Dan pero` ma jipprekludix ftehim vinkolanti fil-ligi milhuq biex jiddetermina kwistjonijiet ta' pretiza ta' dritt li jsir bil-fomm meta c-cirkostanzi ma jkunux strettament jinkwadraw ruhhom fil-parametri ta' dak l-artikolu. Parametri precizi li jesigu l-prova tal-kitba biss fil-kaz ta' dawk il-kuntratti ta' transazzjoni, li "jaghtu tmiem ghal kawza mibdija jew jevitaw kawza li tkun sejra ssir.

Strettamente parlando meta ftehim ma jkunx iwassal ghall-kuntratt f'dawn ic-cirkostanzi ma setghax propjament jigi kwalifikat bhala transazzjoni "ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi". Fil-qofol tal-kawza allura jirrizolvi ruhu dwar l-interpretazzjoni tal-kliem "jew jevitaw kawza li tkun sejra ssir". Kliem li kellu jigi sewwa meqjuz. Il-ligi ma titkellimx sempliciment dwar ftehim bejn il-partijiet biex jevitaw kawza jew biex jevitaw kawza li setghet issir.Titkellem dwar kawza li tkun sejra ssir. Kliem li jimplika d-determinazzjoni tal-parti li kellha d-dritt li tagixxa biex tirrivendika l-jeddijiet taghha u li tkun fil-punt li hekk taghmel. Biex jokkorru allura l-elementi tal-kuntratt ta' transazzjoni kellu jirrizulta li bhala effett ta' dak il-ftehim, il-proceduri gudizzjarji li jkunu kjarament ser jigu inizjati jigu mwaqqfa li allura ma tinbediex. Hu ghalhekk, kif sewwa ssottometta l-appellat, li l-gurisprudenza titkellem dwar l-imminenza ta'kawza. Skop ta' kuntratt ta' transazzjoni hu dak li tigi terminata kawza gja mibdija jew li tigi evitata kawza imminenti. Ftehim bejn il-partijiet jikkonvjenu dwar oggett li fuqu ma hemm pendenti ebda kawza, jew li fuqu ma kien hemm ebda hsieb ta' kawza imminenti ma jikkostitwix transazzjoni kif kontemplata fil-ligi.

L-offerti li jsiru in linea ta' transazzjoni m'ghandhomx l-effikacja lijinterompu l-preskrizzjoni, jew l-effikacja ta' rikonoxximent tad-dejn, ghaliex proposti simili jsiru minghajr pregudizzju tad-drittijiet rispettivi tal-kontendenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info