Reference: 56/1993/1

Judgement Details


Date
10/04/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ELLIS SALVATORE ET NOE vs KONTROLLUR TAD-DWANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATTI GUDIZZJALI, HTIEGA TA` ITTRA UFFICJALI JEW PROTEST QABEL LI TIPPRECEDI ATTI GUDIZZJARJI LI JIBDEW PROCEDIMENTI KONTRA L-GVERN ECC - GVERN, PROCEDURA GHALL-HLAS TA` KREDITI TA`
Summary
Issa skond l-Art 460(1) tal-Kap. 12 ebda att gudizzjarju li bih jinbdew xi procedimenti ma jista jigi prezentat, u ebda procedimenti ma jistghu jittiehdu jew jinbdew kontra l-Gvern jew kontra xi awtorita` mwaqqfa bil-Kostituzzjoni jew kontra xi persuna li jkollha kariga pubblika fil-kwalita` ufficjali taghha, hlief wara illi jghaddu ghaxart ijiem minn notifika kontra l-Gvern jew dik l-awtorita` jew persuna kif intqal qabel, ta' ittra ufficjali jew ta' protest li fih il-pretensjoni jew it-talbatigi mfissra b'mod car.

Il-ligi tirrikjedi tassattivament il-prezentata ta' ittra ufficjali jew ta' protest. Mhux hekk biss pero' ghax l-istess dispost jissokta jghid illi r-Registratur ghandujirrifjuta li jircevi l-att gudizzjarju jew dokument iehor li jigi pprezentat fir-Registru kontra d-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu. Fuq dan l-ahhar punt tajjeb li jinghad illi kif akkolt fil-gurisprudenza anke f'kaz illi ir-Registratur ikun ippermetta l-prezentata tac-citazzjoni l-istess matistax tissana n-nullita imposta mil-ligi.

Fuq din il-materja koncernanti t-tifsira guridikatal-Art 460 hawn ezaminat tajjeb li jigi osservat ukoll illi dan l-artikolu jikkontempla l-kaz ta'proceduri illi jittiehdu jew jinbdew. Li jfisser illi dan l-istess artikolu ma jsibx applikabilita`fil-kaz li l-gvern, korp jew persuna li jkollha kariga pubblika jigu msejha in kawza.

Issa wiehed logikament jifhem illi l-iskop li l-ligi tinsisti b'tant rigur ghan-notifika b'ittra ufficjalijew protest huwa dak li l-parti taghti lill-Gvern, korp jew il-persuna b'kariga pubblika avviz tal-intendiment taghha li behsiebha tazzjonah biex dan minn naha tieghu jkollu opportunita` fi zmien prefiss ta' ghaxart ijiem joffri rimedju jew soluzzjoni ghal vertenza sorta bejniethom.

L-att gudizzjarju dettat mill-artikolu 460(1) ma huwiex necessitat fi proceduri ai termini ta' l-artikolu 466 tal-Kap. 12 ghall-kontestazzjoni ta` kreditu tal-Gvern gjaladarba tali azzjoni mhiex hlief il-konsegwenza legali u daqstant iehor logika tal-procediment specjali intentat, u gja mibdi, mill-Gvern.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info