Reference: 209/2002

Judgement Details


Date
09/04/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs AGIUS JOSEPH JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, TALBA GHAR-REVOKA TAS-SENTENZA APPELLATA - APPELL, TALBA GHAR-RIFORMA TAS-SENTENZA APPELLATA - RIKORS TAL-APPELL, META TINTALAB IR-REVOKA TAS-SENTENZA APPELLATA FLOK IR-RIFORMA TAGHHA - RIKORS TAL-APPELL, NULLITA` TA`
Summary
Il-Kodici Kriminali ma fih ebda dispozizzjonijiet ta' natura generali li jirregolaw certi eccezzjonijiert bhal ma hemm fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili; dak li l-Kodici Kriminali jaghmel hu li jirregola certi eccezzjonijiet b'mod specifiku.

Skond gurisprudenza kostanti, n-nuqqas ta' xi wiehed mir-rekwiziti li ghandu jkun fih rikors ta` l-appell msemmija fl-artikolu 419 (1)tal-Kodici Kriminali hi sollevabbli anki "ex officio" mill-Qorti essendo dik id-dispozizzjoni w dawk ir-rekwiziti ta' ordni pubbliku; isegwi li tali eccezzjoni tista' titqajjem anki mill-partijiet f'kull stadju tal-proceduri.

Minn ezami tal-gurisprudenza rigward in-nullita' tar-rikors ta' appell, il-Qorti ta' l-Appell Kriminali waslet ghas-segwenti konkluzzjonijiet :

(a) Bhala regola generali, l-artikolu 419 (1), cioe' li r-rikors ghandu jkun fih it-talba ghat-thassir jew ghat-tibdil tas-sentenza, giet "very strictly and rigidly interpreted".

(b) Ghalkemm il-ligi titkellem dwar talba ghat-thassir jew ghat-tibdil, fil-prassi tal-Qorti ta' l-Appell Kriminali dejjem gie accettat, fil-kazijiet li hekk jippermettu, li jkun hemm kemm talba ghat-thassir kif ukoll talba ghat-tibdil, purche' li din it-talba tkun subordinata ghall-ewwel wahda In fatti anki jekk jintalab bissit-tahsir, il-Qorti tista' flok thassar ghal kollox is-sentenza u konsegwentement tillibera lill-appellant jew issib hati lill-appellat - skond min ikun appella - tilqa' l-appell in parti u tbiddel is-sentenza, per ezempju limitatament ghall-piena inflitta fuq l-appellant. Mill-banda l-ohra, jekk is-sentenza appellata tkun in parti sabet hati lill-appellant u in parti lliberatu minn xi akkuzi jewimputazzjonijiet, gie dejjem ritenut li jekk flok talba ghat-tibdil issir talba ghat-thassir, ir-rikors ikun null.

(c) ir-"raison d'etre" ta' l-artikolu 419 (1)(a)(b)(c) huwa s-simplifikazzjoniu l-kjarezza u l-legislatur ried li r-rikors ta' appell ghandu jkun redatt b'tali mod li mill-ewwelipoggi kemm lill-Qorti kif ukoll lill-intimat fil-pozizzjoni li jkunu jafu ezatt x'inhuma l-fatti kollha essenzjali, minn x'hiex qed jilmenta l-appellant u x'inhu jitlob. Il-vot tal-ligi ma jkunx sodisfatt jekk dawn ikunu sparpaljati 'l hawn u 'l hinn b'mod li wiehed irid joqghod jistad ghalihom biex forsi jindividwahom.

Mhux necessarju li jigu uzati ezattament il-kliem "tahsir" jew "tibdil" fit-talba tar-rikors u hu sufficjenti jekk jigu uzati kliem bhal "tirrevoka" jew "tannulla" li jfissru l-istess bhal "thassar" jew "tahsir". In fatti fil-prassi tal-Qorti il-kliem "thassar", "tirrevoka" u "tannulla" huma uzati b'mod indiskriminat proprju ghax ifissru bazikament l-istess haga. Hekk ukoll il-kliem "tvarja" "tbiddel" u "tirriforma"

Huwa pacifiku fil-gurisprudenza nostranali fejn l-appellant ikun gie misjub hati ta' xi akkuzi u misjub mhux hati ta' ohrajn, ghandha tintalab ir-riforma tas-sentenza u mhux ir-revoka jew thassir taghha. Altriment ikun hemm in-nullita' tar-rikors ta' l-appell fuq il-bazi ta' karenza tar-rekwizit imsemmi fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 419 tal-Kap.9.

Gie ukoll ritenut li l-ahjar formola ritwali li ghandha tigisegwita f'kaz ta' talba ghal riforma, tibdil jew varjar tas-sentenza hija dik li fl-ewwel lok tintalab ir-riforma, tibdil jew varjazzjoni, umbaghad tintalab il-konferma tal-parti tas-sentenza li ma jkunx qed isir appell minnha w fit-tielet lok tintalab ir-revoka, thassir, tahsir, jew annullar tal-parti tas-sentenza li jkun qed issir appell minnha w fl-ahhar issir it-talba ghat-tibdil mehtieg bhalper ezempju li ma tinstabx htija ta' akkuza wahda jew aktar jew riduzzjoni fil-piena.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info