Reference: 1218/2001/1

Judgement Details


Date
03/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
WALDONET LTD vs THAKE DAVID
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, KONSEGWENZA TAL-FATT TA` L-AVUKAT TAL-PARTI KONTUMACI - KONTUMACJA, KONSEGWENZA TAL-FATT TA` TERZ - KONTUMACJA, META TKUN KOLPUZA - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Summary
Il-kontumacja m'ghandhiex titqies bhala stqarrija jew ammissjoni ta' l-imharrek ghal dak li jkun qieghed jintalab jew jigi allegat kontrih mill-parti attrici: ghall-kuntrarju, il-kontumacja tqiesetbhala kontestazzjoni, u l-bdil li sar fil-ligi procedurali fl-artikolu 158 bl-Att XXIV tal-1995 jidher li jtenni din il-fehma. Min-naha l-ohra, l-istitut tal-kontumacja huwa msejjes fuq il-presuppostli l-imharrek, bin-nuqqas tieghu li jwiegeb ghax-xilja u t-talba tal-parti attrici, ikun wera dispett lejn is-sejha tal-Qorti biex jidher quddiemha, liema dispett il-ligi thares lejh bhala ghamil lijisthoqqlu piena - dik li ma jkunx jista' jindahal fit-tressiq ta' provi - bhala element ta' disordni socjali.

Fuq ix-xaqliba l-ohra, u minhabba l-effett irriversibbli li l-kontumacja ggibmaghha, il-Qrati taghna ddecidew li r-rigorosita' tal-procedura ghandha tigi applikata u mfissra b'mod restrittiv fis-sens li fejn il-Qorti tkun soddisfatta li ma kien hemm l-ebda nuqqas volut min-naha tal-persuna mharrka li jista' jammonta ghal htija, m'ghandu jkun hemm l-ebda diffikulta' li l-kontumacja titqies gustifikata.

Meta u jekk il-Qorti ssib li l-kontumacja ta' persuna mharrka hija gustifikata u thalli lil dik il-parti tressaq id-difiza taghha, ma tkunx b'daqshekk biss titqies li qeghda tikkastiga lill-attur, imma biss tregga' f'postu l-ekwilibriju tal-partijiet fl-ahjar istruzzjoni tal-gudizzju. Wara kollox, kull min jiftah kawza kontra parti ohra (ghalkemm forsi jittama ghall-kuntrarju) dejjem jistenna li l-parti l-ohra, malli tircievi l-atti tac-Citazzjoni sejra tressaq il-kontestazzjoni taghha.

Il-principji li jirregolaw jekk il-kontumacja hijiex bi htija jewle, gew ghadd ta' drabi mfissra u elenkati. Il-principji huma li: (a) il-kontumacja mhix gustifikata jekk kienet volontarja; (b) jew jekk kienet kolpuza; (c) li jehtieg li biex tkun gustifikata tigi murija raguni gusta ghas-sudisfazzjon tal-Qorti; (d) liema raguni gusta trid tissarraf f'impediment legittimu; (e) li tali impediment irid ikun indipendenti mir-rieda tal-persuna kontumaci; minbarra dan, (f) sabiex zball ikun meqjus bhala impediment legittimu, irid ikun zball invincibbli b'mod li (g) l-impediment legittimu li jzomm lill-parti milli tressaq id-difiza taghha irid ikun dik li bnadi ohra ssejhet bhala una necessita' impellente di chiamata ad altri doveri imprescindibili; u(h) li l-impossibilita' li l-imharrek jikkontesta t-talba jew li jidher ghas-subizzjoni trid tkun gravi u fizika, u eccezzjonalment biss, wahda morali.

Sa minn dejjem, il-Qrati taghna qiesu lijaghmlu differenza bejn il-kontumacja ta' tort u dik gustifikabbli. Huma ssoktaw b'din il-linja wkoll sa zminijiet ricenti u ddistingwew bejn il-konvenut li juri disinteress assolut u l-iehor li juri kull fehma li jikkontesta l-kawza u li ma lahaqx ghamel dan ghal raguni li ma kienx jahti ghaliha.

Minbarra dan u bil-hsieb li tingharaf ahjar il-kontumacja li tisfida lill-awtorita' tal-Qorti minn dik imgarrba minn cirkostanzi validi, xi decizjonijiet ta' dawn l-ahhar zminijiet sehqu li biex tissussisti l-kontumacja tal-ewwel ghamla din trid tkun kemm fl-atti tal-kawza u kif ukoll fl-udjenza, imfissra din fis-sens shih tal-kelma.

Dwar x'iwassal lil kontumacja biex titqies bhalawahda kolpuza inghad li l-kolpa tikkonsisti fl-omissjoni tal-konvenut li, in konformita' mad-doveriimposti mil-ligi, jonqos li jaghmel l-arrangamenti necessarji, fid-dar u fil-post tax-xoghol, biex jaslu ghandu l-ittri registrati li jaslulu, jew meta jaghmel dawk l-arrangamenti imbaghad jonqos li jsir jaf b'dak li suppost ikun jaf.. Il-kazijiet fejn ikun hemm nuqqasijiet pruvati tat-terzi persunili jircievu l-atti bil-posta, jitolbu konsiderazzjoni ohra, u li jridu jigu risoluti skond il-konkretezza ta' kull kaz.

Ghal dak li jirrigwarda l-kontumacja mahluqa minhabba l-imgiba jew l-operat ta' terza persuna in partikolari avukat, il-Qrati taghna gharfu bejn dawk il-kazijiet fejn l-imgiba ta' avukat imqabbad tempestivament mill-parti mharrka wasslet biex din taqa' kontumaci (f'liemakaz il-Qorti normalment tippermetti li l-imharrek jithalla jikkontesta l-kawza) minn dawk fejn il-parti mharrka ma tersaqx ghand avukat f'waqt xieraq, jew tibqa' tittrattjeni sal-ahhar, jew tonqos litikkomunika kif imiss ma' avukat b'impenn serju li ma thallix iz-zmien ghat-tressiq ta' Nota tal-Eccezzjonijiet jghaddi ghal xejn.

Il-principju ewlieni tal-haqq naturali tal-audi alteram partemjitfa' responsabbilta' mhux zghira fuq il-gudikant li jgharbel bl-akbar reqqa u qies xilja li twassal lil xi wahda mill-partijiet li tigi mizmuma milli tressaq il-kaz taghha quddiem it-tribunal li jkun.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info