Reference: 1143/1994/2

Judgement Details


Date
28/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGIUS VINCENT PRO ET NOE vs BORG MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, EZERCIZZJU MINN KOMPROPRJETARJU - ECCEZZJONIJIET, INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, BAZI TAL-ECCEZZJONI - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, EFFETT TA` NUQQAS TA` - INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU, NUQQAS JISTA` JIGI SANAT BIL-KJAMATA FIL-KAWZA TAT-TERZ INTERESSAT - KJAMATA FIL-KAWZA, INTERESS TAL-KJAMAT - MHUX NECESSARJAMENT BHALA KONVENUT - KJAMATA FIL-KAWZA, MEZZ SABIEX JIGI SANAT NUQQAS TA` INTEGRITA` TAL-GUDIZZJU - KJAMATA FIL-KAWZA, POSIZZJONI TAL-KJAMAT - KJAMATA FIL-KAWZA, SKOP TA` - LOKAZZJONI, AZZJONI GHAT-TERMINAZZJONI TRID ISSIR MILL-KOMPROPJETARJI KOLLHA
Summary
Eccezzjoni dwar in-nuqqas ta` integrita tal-gudizzju. Eccezzjoni din ta' natura dilatorja u ghalhekk, kif hekk sar f'dan il-kaz, kellha titqajjem in limine litis.

Ir-ragjon d'essere ta' eccezzjoni ta' nuqqas ta' integrita tal-gudizzju tistrieh fuq tliet konsiderazzjonijiet principali: l-ewwelwahda hija li, ghall-ahjar gudizzju tal-Qorti, ghandhom jippartecipaw fih dawk kollha li huma interessati; it-tieni, sabiex tigi assigurata kemm jista' jkun l-effikacita` tal-gudizzju, in kwantu danjorbot biss lil dawk il-persuni li jkunu ppartecipaw fl-istess gudizzju; it-tielet, biex jigi rispettat il-principju ta' l-ekonomija tal-gudizzju sabiex ma jkunx hemm il-bzonn li l-istess procedura tigi ripetuta kontra l-persuni kollha interessati fid-diversi kawzi billi dawn ma jkunux hadu parti f'gudizzju wiehed u l-kreditur attur ikollu l-interess li d-debituri kollha jigu vinkolati biex ikun jista' jesegwixxi t-titolu tieghu kontra taghhom kollha.

Fil-kaz ta' lokazzjoni li trid tigi terminata, l-azzjoni hi precizament tendenti ghall-mutament ta' rapport jew stat guridiku wiehed, fejn il-litiskonsorju bejn dawk kollha li huma partecipi hu necessarju. In-nuqqas tal-partecipazzjonifil-kawza tal-komproprjetarji l-ohra, jew bhala atturi assocjati inkella bhala konvenuti jista' jigisostitwit bil-prova certa ta' l-adezjoni ta' dawk il-komproprjetarji ghad-domanda maghmula gudizzjarjament minn wiehed minnhom, izda mhux anqas minn daqshekk. Fuq l-istregwa ta' dan ir-ragjonament il-komproprjetarji kollha jridu jkunu kompartecipi fl-azzjoni kif proposta.

Minn naha l-ohra mhux mehtieg li l-komproprjetarji kollha jippartecipaw f'azzjoni rivendikatorja peress illi m'hemmx rapport guridiku bejn min jokkupa fond bla titolu u l-komproprjetarji l-ohra.

Il-ligi ma tikkomonax in-nullita` ta' l-atti minhabba n-nuqqas ta' tharrik ta' terz interessat. Kieku ma kienx hekkil-kaz ma kien ikun hemm qatt lok ghall-intervent fil-kawza "in statu et terminis" f'kull waqt taghha, anke fl-istadju ta' l-appell jew ghas-sejha fil-kawza ta' terza persuna.

L-interess li jillegittima l-kjamata in kawza ghandu jkun fl-ezitu tal-gudizzju, intiz dan l-interess mhux necessarjament fis-sens li l-kjamat in kawza jkun kundannat jew liberat, imma anki fis-sens li hu jkun jista'jsostni r-ragunijiet ta' l-attur jew tal-konvenut, jew tieghu stess differenti mit-tnejn, jew ghall-wiehed jew l-iehor, u jipprovoka decizjoni, fil-limiti ta' l-azzjoni, li tistabilixxi certi fatti udrittijiet favorevoli jew kuntrarji ghalih, bla ma jigi liberat jew kundannat.

Effettivamentoltre l-aspett ta' l-interess, il-kjamata in kawza trid anke tkun necessarja, f'dan il-kaz, ghall-integrazzjoni tal-gudizzju.

Hu proprju dan l-ahhar aspett ta' l-integrita` tal-gudizzju li jiddistingwi s-sejha fil-kawza u l-intervent fil-kawza.

Ghalhekk huwa possibbli li n-nuqqas ta`integrita` tal-gudizzju jigi rimedjat bis-sejha fil-kawza tat-terz interessat. Dan jista' wkoll isirfuq ordni tal-Qorti moghti ex ufficio.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info