Reference: 19/2001/1

Judgement Details


Date
27/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
CINI JANE ET vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL ZVILUPP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL FUQ IL-BAZI TA` KSUR TAD-DRITTIJIET FONDAMENTALI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, MA TISTAX ISSIR REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI FUQ KWISTJONIJIET KOSTITUZZJONALI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, MHUX KOMPETENTI BIEX JIEHU KONJIZZJONI TA` KWISTJONIJIET LI MA JIRRIGWARDAWX L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, RAPPORT BEJN AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 U APPELL AI TERMINI TA` L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DEFINIZZJONI TA` QORTI GHALL-FINIJIET TA` REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, REFERENZA LILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - PERMESS GHALL-IZVILUPP, OTTJENIMENT DA PARTI TAL-GVERN WARA DIKJARAZZJONI TAL-PRESIDENT LI PROPRJETA` TKUN MEHTIEGA GHAL SKOP PUBBLIKU
Summary
Il-gurisdizzjoni u l-kompetenza dwar kawzi ta' allegazzjonijiet ta' ksur ta' drittijiet fondamentaliprotteti taht id-disposizzjonijiet tal-artikoli 33 sa 45 tal-Kostizzjoni u l-istess dwar il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hija skond l-artikolu 46 (2) tal-Kap 1 u l-artikolu 4 tal-Att XIV tal-1987 (Kap 319) hija vestita fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili fil-prim'istanza u fil-Qorti Kostituzzjonali fis-sekond'istanza u certament mhux fil-Qorti ta' l-Appell (Sede Inferjuri) li kif inhi kostitwita tista' biss tisma' appelli mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar fuq punt ta' dritt skond il-ligi specjali tal-Kap 356 u dan biss kif specifikat fl-artikolu 15 (2) tal-istess.

Il-kwistjoni ta' riferenza lill-Prim'Awla tal-Qorti Civili mill-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar lanqas tqum stante li huwa car mid-disposittiv tal-artikolu 46 (3) tal-Kostituzzjoni li tali riferenza tista' ssir biss "f'xi qorti" u certament li l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar ma huwiex 'Qorti' skond id-disposizzjonijiet tal-artikolu 95 u 99 tal-Kostituzzjoni u wkoll skond id-disposizzjonijiet tal-artikoli 31,33, 41, 45, u 47 tal-Kap 12 u artikoli 367, 436 u 497 tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta' Malta.

Ma huwiex fil-kompetenza tal-Qorti ta' l-Appell li tidhol fil-kamp ta' stharrig gudizzjarju ta' azzjoni amministrattiva, stante li dan huwa regolat b'regoli u disposizzjonijiet precizi li llum gew promulgati permezz tal-artikolu 469A tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta, w in partikolari w in konsistenza mal-mertu tal-appell odjern, dan jirreferi wkoll ghall-kuncett ta' "meta eghmilamminstrattiv ikun ultra vires ghal xi raguni" imsemmija fl-artikolu 469A (1) (b) tal-Kap 12.

Fil-kamp ta' l-istharrig gudizzjarju ta' azzjoni amministrattiva, li jaqa' taht l-istitut ta' ligiamministrattiva, l-kompetenza originali tispetta lill-Qrati Ordinarji, u l-kuncett ta' ultra vires,anke kif definit fl-artikolu fuq citat, huwa ferm iktar wiesgha minn applikazzjoni hazina jew non applikazzjoni ta' ligi, tant li jista' jikkomprendi, per ezempju, abbuz ta' setgha ta' Awtorita` pubblika, li fih innifsu ma jimportax ksur ad hoc jew per se ta' disposizzjoni ta' ligi 'ut sic'.

Appell taht il-Kap 356 u l-azzjoni quddiem il-Qrati ordinrji taht id-disposizzjonijiet tal-artikolu469A tal-Kap 12 huma ghal kollox differenti u distinti minn xulxin, u certament li wahda ma ghandhaqatt telimina jew tissostwixxi ruhha ghal ohra, anke peress li z-zewg azzjonijiet, flimkien ma' ohrajn, huma disponibbli ghal kull persuna, kollox skond in-natura tal-lamentela jew aggravju taghha, skond ir-regoli rispettivi, inkluz procedura u principji sostantivi, u r-rimedji differenti li japplikaw ghal kull kaz in partikolari.

Kwistjonijiet dwar proprjeta` jew drittijiet fondamentali majaqghux fil-kompetenza tal-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar u lanqas jistghu jifformaw il-bazi ta`appell quddiem il-Qorti ta' l-Appell. Ghalhekk kull rimedju ad hoc relattiv ghal dawn il-kwistjonijiet jibqa' impregudikat.

Wara li ssir il-pubblikazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-President ta' Malta ai termini tal-Kap. 88 tal-Ligijiet ta` Malta li l-art hija mehtiega ghal skop pubbliku, b'effett minn erbatax il-gurnata mill-pubblikazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern, is-sid ta' l-art hekk indikata, jew minn jokkupaha ghandu jaghti f'idejn l-Awtorita` kompetenti l-pussess taghha, u wara li jghaddi tali terminu l-Awtorita` kompetenti ghandha dritt tidhol fuq l-art u tiehu pussess taghha u wkollli "taghmel jew tawtorizza lil xi hadd li jaghmel f'din l-art jew fuqha jew dwarha kull xoghol jewhag'ohra tkun li tkun li xi hadd li jkollu l-interess illimitat f'din l-art ikollu l-jedd li jaghmelbis-sahha ta' dak l-interess..." Dana jinkludi wkoll l-ottjeniment ta` permess ghall-izvilupp.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info