Reference: 912/1994/2

Judgement Details


Date
26/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
MIZZI BRIAN R. ET NOE vs CIAPPARA JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, BRAKE MARKS - KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM - KOLLIZJONI, DOVERI TA` SEWWIEQ LI JKUN NIEZEL NIZLA - KOLLIZJONI, DOVERI TA` SEWWIEQ LI JKUN QED JOQROB LEJN LIWJA JEW KANTUNIERA - KOLLIZJONI, RES IPSA LOQUITUR - KOLLIZJONI, TAMPONAMENT MINN WARA
Summary
Huwa principju assodat fil-gurisprudenza, li sewwieq ta' vettura ghandhu jsuq b' mod diligenti talili jkollu l-kontroll shih tal-vettura misjuqa minnu. Konformament ma' dan, huwa ghandu l-obbligu lijassigura li s-sewqan tieghu ma jpoggihx f' sitwazzjoni fejn ma jkunx jista' jirreagixxi b' mod adegwat ghal xi emergenza li tista' tinholoq. Huwa ovvju li meta t-triq tkun ghan-nizla u jkun hemmlilwa, l-attenzjoni tas-sewwieq u l-grad ta' prudenza li ghandu juza, ghandha tkun akbar; multo magis meta jkun qed isuq vettura li tkun ta' dimensjoni kbira u mghobbija bit-toqol.

Is-sewwieqta' wara ghandhu: (1) ikollu l-karrozza that il-kontroll tieghu b' mod li jieqaf meta l-karrozza ta' quddiemu tieqaf; (2) l-obbligu li jzomm certu distanza mill-karrozza ta' quddiemu, ghaddej bi speed li jkun jista' jieqaf jekk jieqaf ta' quddiemu; u (3) izomm a proper look out biex jekk ta' quddiemu jieqaf, jaraha tieqaf mill-ewwel u jieqaf. Dawn l-obbligi jizdiedu meta l-konfigurazzjoni tat-triq tirrikjedi grad oghola ta' attenzjoni.

Il-brakemarks huma wahda minn dawk ic-cirkostanzi li jwasslu ghall-applikazzjoni tat-teorija 'res ipsa loquitur'.

Min ikun qed isuq, ghalkemmma jghamilx dawk il-kalkoli matematici li huma mehtiega biex fil-Qorti jigi apprezzat u gudikat il-kaz, ghandu pero' jkun jaf u jirrealizza li fis-sewqan awtomobilistiku d-distanzi u l-kollizzjonijiet huma kwistjoni ta' sekondi; u ghalhekk is-sewwieq ghandu jirregola l-ghemil tieghu fis-sewqan konformament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info