Reference: 65/2003/1

Judgement Details


Date
17/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
DARMANIN HENRI vs DEBATTISTA CARMELINA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET GENERALI, PERSUNI INTERDETTI JEW INABILITATI MINN QORTI KOMPETENTI - KOSTITUZZJONI, LIGI SUPREMA
Summary
Il-Kostituzzjoni hija l-ligi suprema u ma tistax tigi mibdula, ristretta jew arginata minn ligi ordinarja hlief u sa fejn l-istess Kostituzzjoni tista' hekk tippermetti.

Meta jkun hemm decizjoni ta' qorti f'Malta li tinterdici jew tinabilita persuna minhabba xi mard mentali, tali decizjoni matistax tkun soggetta ghal revizjoni mill-Bord Mediku mwaqqaf skond l-Artikolu 14 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Generali.

Huwa min jallega li hemm tali decizjoni li jrid jipprova l-istess bil-mod solitu li ssir tali prova. Jizdied jinghad, pero`, li fil-kaz ta' decizjoni tas-Sekond Awla tal-Qorti Civili - liema decizjonijiet, f'forma ta' digrieti, spiss ikunu ferm telegrafici - jekk talidecizjoni ma jkunx fiha specifikatament referenza ghall-mard mentali, wiehed ghandu jezamina l-attita' dik il-procedura partikolari biex jiddetermina bhala fatt jekk dak id-digriet kienx imsejjes fuq"xi mard mentali". Dan qed jinghad l-aktar b'referenza ghad-digrieti ta' inabilitazzjoni, peress li tali inabilitazzjoni tista' tigi ordnata anke minhabba cirkostanza jew cirkostanzi li ma humiex meqjusa li jammontaw ghall-istat patologiku ta' "mard tal-mohh" fis-sens tal-Artikolu 520(1) tal-Kap.12 (u ghalhekk anqas ma jammontaw ghal "mard mentali" fis-sens ta' l-Artikolu 58(a) tal-Kostituzzjoni). Il-kaz klassiku huwa l-inabilitazzjoni minhabba prodigalita`. Huwa biss meta jigi deciz bhalafatt li ma hemmx tali decizjoni ta' qorti li, jekk tibqa' l-allegazzjoni ta' mard tal-mohh, ghandhassir referenza ghall-Bord Mediku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info