Reference: 2232/1998/1

Judgement Details


Date
05/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TALIANA ARTHUR ET vs FALZON GODWIN PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` APPELL MINN SENTENZA IN PRIM` ISTANZA
Summary
L-Art. 812 tal-Kap. 12 jipprovdi li:

Ir-ritrattazzjoni ta' kawza deciza b'sentenza moghtija minn qorti ta' l-ewwel grad, u li ghaddiet f'gudikat, tista' tinghata wkoll, fuq talba tal-partijietli jkollhom interess, f'kull wiehed mill-kazijiet imsemmija fl-ahhar artikolu qabel dan, basta li l-parti tkun giet taf bil-fatti illi minhabba fihom titlob ir-ritrattazzjoni, wara li jkun ghalaq iz-zmien ta' l-appell.

Fil-kaz biss ta' decizjonijiet minn qorti ta' prim'istanza l-ligi tirrikjedi xi haga ohra. Ir-ritrattand jehtieglu jissodisfa wkoll bhala pre-kondizzjoni ghall-aditu tat-talba tieghu illi hu sar jaf bil-fatti li jintitolawh iressaq it-talba wara li kien skorra z-zmien ta'l-appell.

Il-"fatti" li ghalihom jirreferi l-Art. 812 f'dak il-kuntest ma jirrigwardawx xi wahda mir-"ragunijiet" elenkati fl-Artikolu 811.

Dak li invece jfissru l-kliem fit-test tal-Art 812 hu dak li l-fatti jridu jipprovaw, u daqstant iehor jikkonvincu, illi r-ritrattand naqas li jappella fiz-zmien utli mid-decizjoni moghtija. Il-"fatti" allura ghandhom konnessjoni intima mal-kwestjoni tal-gheluq taz-zmien ta' l-appell u mhux mar-raguni innifisha tat-talba tar-ritrattazzjoni.

Din il-prova tal-"fatti" kif mahsuba fit-test tal-ligi hi allura pre-rekwizit addizzjonali u essenzjali u ghandha ssir pre-ordinatament ghar-ritrattazzjoni innifisha fuq ir-"ragunijiet", jew xiwahda minnhom, specifikati fl-Art. 811.

Meta tinsorgi kwestjoni bhal din il-Qorti ma kellhiextikkuntenta ruhha bis-semplici generalizzar tal-kliem trasportati mil-ligi fid-dikjarazzjoni akkompanjanti c-citazzjoni.

Il-kwestjoni hi wahda ta' fatt u allura kien mehtieg li l-parti iggib prova sodisfacenti, konvincenti u univoka illi "hi giet taf bil-fatti" wara li ghalqilha z-zmien ta'l-appell.

Parti fil-kawza li tonqos milli tappella u li tallega li dan in-nuqqas kien attribwibbli ghall-fatt li ma kienitx taf li kienet inghatat is-sentenza in Prim' Istanza. Hu dover tal-parti li ssegwi l-andament tal-kawza u fin-nuqqas: imputet sibi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info