Reference: 568/1996/1

Judgement Details


Date
27/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
VELLA JOSEPH ET vs FARRUGIA NAZZARENO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ
Summary
L-izball dwar il-fatt ma jgibx in-nullita' tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim.

Dwar vizzju tal-kunsens minhabba zball, il-ligi tiddistingwi bejn zball dwar il-ligi li ma jgibx nullita` hlief meta dan ikun il-kawza wahdanija jew ewlenija tieghu, u zball ta' fatt li ma jgibx in-nullita` tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nfishatal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim.

Dejjem gie ritenut mill-Qrati taghna li biex jaghti lok ghat-thassir tal-kuntratt l-izball ta' fatt irid ikun zball sostanzjali.

Zball ta' fatt jipproduci n-nullita' tal-konvenzjoni meta jaqa' fuq is-sostanza tal-haga li tifforma l-oggett tal-konvenzjoni hija l-opinjoni preferibbli li l-kelma 'sustanza' ghandha tittiehed bhala sinonimu ta' 'kwalita' sostanzjali' u li din il-kwalita' tiddependi mill-intenzjoni tal-partijiet.

L-ghemil doluz huwa motiv ta' nullita' tal-ftehim, meta l-inganni maghmulin minn wahda mill-partijiet ikunu talili minghajrhom il-parti l-ohra ma kienitx tikkuntratta. Izda l-istess artikolu jkompli jghid li danl-ghemil doluz ma jistax ikun prezunt, imma ghandu jigi ppruvat.

Mhux kwalunkwe ngann ta' kontrajent wiehed ghad-dannu ta' l-iehor jammonta ghad-dolo rikjest mill-ligi bhala motiv ghall-annullabilita' ta' kuntratt. L-ingann irid ikun tali li ma jhallix lill-kontrajent ingannat il-kuxjenza ta' dak li kien qieghed jaghmel u l-indipendenza tal-kunsens tieghu; u tali wkoll li minghajru ma kienx jikkuntratta. Id-dolo jipproduci l-izball u dana jrid ikun invincibbli. Ukoll inghad li bhal ma mhux kwalunkwe skaltrezza pratikata ghad-dannu ta' haddiehor taqa' taht is-sanzjoni tal-ligi, hekk ukoll mhux kull kredulita' zejda taqa' taht il-protezzjoni taghha.

L-annullabilita' ta' kuntrattbazata fuq ghemil doluz tissuponi wkoll l-izball li waqa' fih il-kontraent li jaghmel l-istanza ta'l-annullament minhabba l-ghemil doluz ta' l-iehor; imma b'din id-differenza, illi mentri l-izball,bhala motiv per se' indipendentement mill-ghemil doluz, hemm bzonn li jaqa' fuq is-sustanza tal-haga, inveci l-izball effett tal-ghemil doluz ma hemmx bzonn li jaqa' fuq is-sustanza tal-haga.

F'kazijiet bhal dawn l-inganni jridu jkunu ta' natura li jistghu jaghmlu impressjoni fuq bniedem sensat, u tali li jeccedu l-limiti tal-furberija tollerata fin-negozju; ghalhekk wiehed ma jistax, fil-konsiderazzjoni taghhom, jipprexxindi mill-kondizzjoni personali tal-partijiet; u fil-valutazzjoni taghhom huwa mehtieg li wiehed jara c-cirkustanzi kollha li fihom gie konkjuz in-negozju. Mill-banda l-ohra sakemm ma jkunx hemm dolo fil-veru sens, jew frodi, s-semplici tifhir tal-oggett u l-ezagerazzjoni tal-valur intinseku tieghu, wehedhom, ordinarjament mhumiex hlief is-solita xorta ta' inkoreggiment li fin-negozju huwa tollerat bhala "dolus bonus", biex dak li jkun jkompli jsahhah il-volonta'tal-parti l-ohra biex tikkonkludi l-ftehim.

Ghalkemm il-ligi ma tipproteggiex il-kredulita' zejda jistghu jezistu cirkostanzi fejn min ikun qed jinnegozja ma jkollux ghalfejn jiddubita dak li kien qed jigi prezentat lilu bhala fatt, u l-fatt li jafda dak li jkun qed jghidlu l-bejjiegh ma ghandux ikun ta' ostakolu sabiex tirnexxi azzjoni ta' dan it-tip, iktar u iktar meta huwa principju stabbilit li l-kuntratti mhux biss ghandhom jigu esegwieti in bona fede, izda ghandhom jigu interpretrati fl-istess bona fede, u dan necessarjament jindika li ghandu jkun hemm affidament f'limitu permessibbli bejn il-partijiet li jkunu qed jaghmlu negozju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info