Referenza: 254/1986/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VASSALLO CESAREO ATTILLIO ET NOE vs CILIA PISANI ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMPJIEG, KLAWSOLI IN RESTRAINT OF TRADE - KUNTRATT, KLAWSOLI IN RESTRAINT OF TRADE - KUNTRATT, KLAWSOLI LI JILLIMITAW IL-KOMPETIZZJONI
Fil-Qosor
Filwaqt li gie rikonoxxut id-dritt ta' min ihaddem illi jipprotegi l-interessi kummercjali tieghu ghal dawk li huma "trade secrets" u li jinibixxi "the misuse by the employee of his acquaintance withthe employer's clients or customers" eppure il-kostringiment irid ikun relatat man-natura ta' l-impjieg fejn allura min ihaddem jigi akkordat harsien akbar fil-kaz ta' impjegat f'kariga gholja, ad exemplum, "managing director". Inoltre l-patt tar-restraint irid jillimita l-attivita` lavorattiva jewindustrijali ta' l-impjegat ghal zmien jew cirkondarju determinat li ma jkunx irragjonevoli.

Minn dan kollu jemergi illi l-iskop ta' klawsola in restraint of trade f`kuntratt ta` impjieg kellujkun dak li fir-rigward ta' min ihaddem dan jissalvagwardja, fil-konfront tal-konkorrenti, l-interessi ekonomici u l-attivitajiet kummercjali tieghu, mentri fir-rigward ta' l-impjegat l-attivita` tieghu ghaz-zmien prefiss wara t-terminazzjoni ta' l-impjieg tigi limitata.

Jigi notat pero` illi fiz-zewg sistemi ezaminati biex il-patt jigi konsiderat gustifikat dan irid ikun fl-interess taz-zewg partijiet kontraenti u mhux ta' wiehed minnhom biss. Huwa proprju b'dan in mira li l-ligi Taljana effettivament tipprova tirrikoncilja dawn iz-zewg interessi billi tipprovdi ghal korrispettiv ta'kumpens, kommizurat mar-restrizzjoni li l-impjegat ikollu jissubixxi fil-liberta` lavorattiva tieghu.

Meta l-impjegat ikun cittadin Malti, u gjaladarba mhux mistenni jew pretiz li ghandu jkunkostrett ihalli pajjizu, tali patt ma jissuperax it-test tar-ragjonevolezza jekk ikun japplika ghall-gzejjer Maltin. Lanqas ghalhekk ma jista' allura jitqies lecitu jekk impjegat, familjari ma' certaattivita`, jingieb fil-qaghda li jkun kostrett ihalli pajjizu ghal gwadann tieghu ghax f'pajjizu stess din l-istess attivita` hi impeduta lilu anke jekk ghal zmien. F'sitwazzjoni bhal din, biex verament tkun tista' titqies ragjonevoli, ir-restrizzjoni mposta lilu kellha tkun pacuta ma' xi forma ta'kontribuzzjoni kompensatorja mhallsa lilu.

L-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg (illum sostitwit bl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali) kien jipprovdi li kwalsijasi multa imposta f`kuntratt ta` l-impjieg kellha tigi approvata mid-Direttur tax-Xoghol u Emigrazzjoni. Penali ta` din in-natura ghandha jkollha tali approvazzjoni.

Wiehed jista' jargumenta illi l-klawsola ta` dan it-tip hi wahda sui generis u tiskatta wara t-terminazzjoni tal-kuntratt. Danir-ragjonament pero` ma jregix in kwantu l-kuntratt hu wiehed li jrid jigi konsidrat tout ensemblebhala wiehed ta' impjieg. Klawsola bhal din ma tistax tigi izolata mill-kumplament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni