Referenza: 1787/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SCICLUNA PATRICK vs SCICLUNA JOSEPHINE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA` - SEPARAZZJONI DE FACTO JEW DE IURE
Fil-Qosor
Azzjoni ta` denegata paternita` tista` ssir fu qil-bazi li fiz-zmien bejn it-tlett mitt jum u l-mijau tmenin jum qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien mifrud de facto jew legalment minn martu.

Din il-formulazzjoni gdida tal-ligi, introdotta bl-Att XXI ta' l-1993, issostitwiet dik anterjuri fis-sens illi irrikonoxxiet l-istat 'de facto' tal-firda bejn il-konjugi.

Din l-emenda ghal Kodici taghna gabet maghha r-riforma mistennija fis-sens illi issa saret sufficcjenti l-prova li tissodisfa lil gudikant li fil-fatt omm it-tarbija ma ghammretx jew ma nghaqdetx ma' zewgha anke jekkdan kien possibbli. Dan allontana l-posizzjoni inflessibbli taht ir-regim tal-Kodici qabel l-emendi li kif imfisser u stabbilit fil-gurisprudenza kienet tirrikjedi li fil-perjodu utili tal-koncepiment l-attur kien fl-impossibilita` li jghammar ma' martu minhabba distanza jew xi accident fiziku iehor.

Ghalhekk issa fejn l-azzjoni tad-diskonoxximent tkun bazata fuq in-nuqqa tal-ko-abitazzjoni, intiza bhala konvivenza bejn il-mezzewgin, dejjem s'intendi fil-perjodu fuq imfisser u dettat mis-subinciz (a) ghall-Artikolu 70, il-prova kuntrarja trid turi li dejjem fl-istess perjodu ta' zmien, kien hemm rapporti sesswali bejn il-konjugi deducibbli anke minn repristinar temporanju tal-konvivenza jew ta' inkontri okkazjonali. Dan hu hekk espress fl-istess proviso ghas-subinciz (b).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni