Reference: 507/2000/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI GINO NOE vs MAGED FAWZY MOHAMED HUSSEIN EL SHAER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FILJAZZJONI, AZZJONI TAL-MINURI GHAR-RICERKA TA` STAT DIVERS MINN DAK INDIKAT FIC-CERTIFIKAT TAT-TWELID - FILJAZZJONI, PUSSESS TA` STAT LEGITTIMU
Summary
Minuri jista jattakka jattakka l-istat legittimu tieghu qabel ir-ragel ta` ommu jistitwixxi azzjonita` denegata paternita`.

Minbarra l-presunzjoni tal-paternita` rijassunta fil-formula "imnissel matul iz-zwieg", il-ligi tissubordina din l-istess presunzjoni ghall-presuppost ulterjuri li l-ulied huma dikjarati bhala legittimi fl-att tat-twelid u t-titolu ta' l-istat taghhom. In effetti l-Artikolu 82(1) tal-Kodici Civili jiddisponi li "hadd ma jista' jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtih l-att tat-twelid bhala iben legittimu u l-pussess ta' stat li jaqbel ma' dak l-att."

Talidivjet jidderivi mhux tant mill-pretiza "favor legittimatis" daqskemm mill-effikacja preklusiva ta'l-att tat-twelid. Hu ritenut ukoll inamissibbli l-attakk ta' l-istat ta' iben legittimu li jkollul-pussess ta' stat li jaqbel ma' l-att tat-twielid tieghu (subinciz (2) ghall-Artikolu 81). Dan ghaliex il-pussess ta' stat, similment ghall-att ta' twelid, hu prova legali ta' l-istat ta' wild legittimu. Li jfisser illi fejn il-filjazzjoni legittima tkun pruvata bl-att tat-twielid u bil-pussess ta' stat konformi ghal dak l-att, l-azzjoni tal-minuri li biha hu jikkontesta l-istat tieghu hija inammissibbli. Li jfisser ukoll illi l-ulied ma jkunux jistghu jirreklamaw stat divers minn dak attribwit lilhom fl-att tat-twielid u mill-pussess ta' stat.

Huwa desumibbli minn dan fuq affermat illi fejn l-att tat-twelid jinsab f'kuntrast mar-realta` tar-rapport ta' filjazzjoni, l-impunjattivahi ammissibbli. Dan in raguni ta' l-interess pubbliku ghall-iskop tac-certezza ta' l-istat familjari kif ukoll fl-interess tal-minuri stess. Ghalhekk ukoll il-ligi tippreciza li l-azzjoni hi impreskrittibbli.

Huwa logiku illi jekk l-att tat-twelid jikkostitwixxi prova dokumentali, il-pussess ta' stat divers irid jirrizulta minn gabra ta' fatti li jehtieg jigu pruvati. Gabra ta' fatti lifil-kumpless taghhom jiswew u jtendu biex jiddimostraw ir-relazzjoni ta' filjazzjoni u l-parentela bejn il-persuna u l-familja li ghaliha jippretendi li jappartjeni.

In linea generali bhala fatti jridu jikkonkorru s-segwenti: (i) li dejjem gab il-kunjom tal-missier; (ii) li l-missier ikun ittrattah bhala tali u pprovvda ghal manteniment, edukazzjoni u kollokament tieghu; (iii) li kien kostantement rikonoxxut bhala tali fir-rapporti socjali; u (iv) jkun gie maghruf f'din il-kwalita` mill-familja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info