Reference: 1030/1999/1

Judgement Details


Date
04/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GATT PHILIP ET vs CINI MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ANIMUS SPOLIANDI - ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, FTEHIM BEJN GABILLOTTI - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET DWAR TOLLERANZA MA JISGHUX JIGU KKUNSIDRATI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TINGHATA L-ECCEZZJONI LI L-ISPOLJAT GHANDU MOGHDIJIET OHRA MINN FEJN JGHADDI - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TINGHATA L-ECCEZZJONI LI L-ISPOLL KIEN LEGITTIMU - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN - ACTIO SPOLII, RILEVANZA TAL-MOTIV TAL-ISPOLJAT GHALL-EZERCIZZJU TAL-AZZJONI
Summary
L-azzjoni ta' spoll hija msejsa fuq l-ordni pubbliku u hija mahsuba bhala azzjoni mhaffa u effikacibiex ma thalli 'l hadd li jiehu l-ligi b'idejh u jxekkel stat ta' fatt, u biex, jekk dan isir, min ikun ghamel dan l-att jerga' jqieghed kollox minnufih kif kien, qabel kull indagni ohra (spoliatus ante omnia restituendus). F'din l-azzjoni huwa mehtieg jigu ippruvati tliet (3) elementi, u jigifieri(a) il-pussess; (b) it-tehid tieghu b'ghamil tal-imharrek u (c) li l-azzjoni nbdiet fi zmien xahrejn minn dak it-tehid;

Dwar l-ewwel element, huwa mehtieg li jintwera li, fil-waqt li sar l-ghamil ilmentat, l-attur kien fil-pussess imqar materjali jew ta' fatt. Minbarra dan, il-pussess ma ghandux ikun ekwivoku imma fid-dieher, ukoll jekk ikun ghal waqt qasir, u l-Qorti ghandha tillimita ruhha biss biex tqis il-fatt tal-pussess u dak tal-ispoll. Mhux mehtieg li l-pussess li jista' jithares minn azzjoni bhal din ikun wiehed esklussiv. Huwa maghruf ukoll li din l-azzjoni thares il-pussess ta' ezercizzju ta' dritt. B'mod partikolari, jista' jkun il-kaz fejn persuna jkollha pussess jew detenzjoni ta' jedd mahluq minn stat ta' fatt;

Il-ligi ghandha dispozizzjoni specifika ghall-kaz ta' kif jitqies il-pussess f'kaz ta' servitu' wkoll. Wiehed jista' jitkellem dwar pussess tutelabbli wkoll fejn tali ezercizzju ta' jedd ma jkunx imnissel minn titolu, li n-nuqqas tieghu m'huwiex ta' xkiel ghall-ezercizzju tar-remedium spolii;

L-ispoll jimmaterjalizza wkoll meta jkunhemm imqar cahda parzjali ta' pussess;

Hija biss dwar ghamla ta' zamma prekarja jew ta` tolleranzabhal li l-azzjoni tal-ispoll ma taghtix il-protezzjoni taghha. Dan qieghed jinghad minbarra lif'azzjoni ta' pussess privileggjat bhalma hija l-Azzjoni tal-Ispoll, il-kwestjoni tat-tolleranza tal-pussess m'ghandhiex normalment tigi meqjusa. Ghall-kuntrarju, f'dan il-kaz jista' jinghad li, jekkl-atturi kisbu maz-zmien servitu' personali mnissel minn dritt ta' obbligazzjoni, huma ghandhom dritt li jitolbu l-harsien tal-ligi permezz tal-azzjoni possessorja tal-ispoll kontra l-awtur tal-ghamil li jfixkilhom fil-pussess.

Jekk ghandu jinghata tifsir sewwa tal-azzjoni possessorja tal-ispoll mahsuba fl-artikolu 535, din ghandha tigi mfissra kif riedha l-legislatur. Kien ghalhekk li dak l-artikolu suppost jinqara flimkien mal-imsemmi artikolu 791 tal-Kap 12, li jillimita l-ghamla ta' eccezzjonijiet li jistghu jittellghu kontra l-attur ghal dawk strettament ta' natura dilatorja. B'mod partikolari, ghall-azzjoni ta' spoll, l-imharrek ma jistax iwiegeb jew jilqa' billi jghid li l-att tieghu kien wiehed legittimu, ghaliex dik id-difiza tappartieni lill-gudizzju petitorju. Ghaldaqstant ukoll, il-mottiv li jkun gieghel jew anima lill-imharrek biex iwettaq l-ghamil li jnaqqas il-pussess ma jiswa xejn biex itaffi jew ixejjen is-sanzjoni li l-azzjoni ta' spoll iggib maghha, jigifieri dik li l-persuna mnehhija mill-pussess ghandha titqieghed lura f'dak il-pussess shih u bla mittiefes qabel kull haga ohra (spoliatus ante omnia restituendus);

Dwar it-tieni element, huwa mehtieg li jintwera li l-ghamil spoljattiv ikun wiehed arbitrarju u maghmul kontra r-rieda tal-possessur b'mod li jista' jaghti lok ghal azzjoni ta' danni kontra min ikun wettqu. Huwa wkoll mahsub lil-ghamil irid ikun wiehed vjolenti jew imqar mistur ghall-gharfien tal-persuna li kellha l-pussess;

Gie mfisser ukoll li l-kliem "vis aut clam" li jirradikaw dan l-element tal-azzjoni, mhux tabilfors jissarraf f'ghamil ta' tkissir jew qerda ta' oggett mizmum mill-attur jew li fih huwa jgarrabxi hsara fizika, ghaliex huwa bizzejjed li l-ghamil spoljattiv isir kontra r-rieda tieghu jew minghajr ma jithalla jintebah bih;

Dwar it-tielet element, il-ligi trid li l-azzjoni ghat-tnehhija tal-effetti tal-ispoll ghandha tinbeda fi zmien xahrejn. Dan iz-zmien huwa meqjus bhala terminu ta' dekadenza. Bhal kull wiehed iehor mill-elementi tal-azzjoni, dan il-fatt ghandu jigi pruvat mill-attur. Izda meta l-kwestjoni taz-zmien tittella' mill-imharrek bis-sahha ta' eccezzjoni, allura l-prova li l-azzjoni ta' spoll privileggat saret barra zmienha taqa' fuq l-istess imharrek, kif jipprovdi l-artikolu 562 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta;

Dwar il-kwestjoni taz-zmien li fiha jmissha ssir il-kawza ghandu jinghad li tinqala' l-problema dwar minn meta ghandu jibda jintghaddit-terminu ta' xahrejn li tiffissa l-ligi. Dan jinholoq b'mod partikolari meta l-ghamil spoljattivikun sar minn wara dahar il-persuna li kellha l-pussess. Kien hemm kazijiet fejn il-qrati ghamlu distinzjoni bejn meta l-ghamil ta' spoll ikun wiehed li sar darba u fejn l-ghamil ikun att li jippresisti, u ghalhekk inholoq il-hsieb li l-azzjoni tibda jew minn meta l-persuna li ttehdilha l-pussessintebhet bl-ispoll jew meta l-att persistenti ntemm. Izda qari xieraq taz-zewg artikoli tal-ligi lijitkellmu dwar l-azzjoni privileggata tal-ispoll (l-artikolu 791 tal-Kap 12 u l-artikolu 535 tal-Kap 16) ma jhallux ghazla ghal dik li ghandha tkun it-tifsira xierqa li jmissha tinghata dwar minn meta ghandu jintghadd iz-zmien ta' xahrejn: dan ghandu jibda jitqies minn dak inhar tal-ispoll;
Biex issehh l-azzjoni tal-ispoll huwa mehtieg ukoll li t-tliet elementi msemmija hawn ikunu kollha pruvati li jesistu, b'mod illi jekk jinstab, per ezempju, li l-attur naqas li jressaq l-azzjoni fiz-zmien ta' xahrejn, l-azzjoni taqa' minhabba n-nuqqas ta' wiehed mill-elementi mehtiega minghajr ma jkunhemm bzonn li wiehed jistharreg jekk jikkonkorrux l-elementi l-ohrajn tal-pussess u tal-ghamil li bih il-pussess ikun ittiehed.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info