Reference: 2622/2000/1

Judgement Details


Date
06/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ZAMMIT CARMEN PRO ET NOE vs DADOUCH WAIL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, IMPUNJAZZJONI TAL-LEGITTIMITA` - INTERESS TAL-MINURI - FILJAZZJONI, IMPUNJAZZJONI TAL-LEGITTIMITA` - INTERESS TA` L-OMM - FILJAZZJONI, PUSSESS TA` STAT LEGITTIMU
Summary
Azzjoni li biha jigi attakkat l-legittimita` ta` wild tikkostitwixxi deroga ghar-regola li wild imnissel fiz-zwieg jitqies li hu bin zewg ommu (pater is est quem iustae nuptiae demonstrant). L-effettta' azzjoni bhal din hija li tnehhi lill-wild minn stat legittimu u taghtih stat ta' wild missier mhux maghruf.

Ir-regola migjuba fl-artikolu 67 tal-Kodici Civili (l-iben imnissel matul iz-zwieg jitqies li hu bin zewg ommu) hija meqjusa bhala wahda juris tantum, sakemm ma jintweriex li dak migjub fl-Att tat-Twelid (l-istat legittimu) hu rifless ukoll fil-pussess ta' stat li jaqbel mal-Att.

Billi l-ligi trid li hadd ma jithalla jwaqqa' l-istat legittimu tieghu jekk l-Att tat-Twelidjistabilixxi dan u jekk il-wild ikollu l-pussess ta' stat li jaqbel ma' dan, allura f'kaz li l-wildikun fil-pussess ta' stat li ma jaqbilx mal-Att, l-azzjoni tista' tigi mressqa. Fi kliem iehor, f'azzjoni irid jintwera li l-istat legittimu muri fl-Att tat-Twelid ma jaqbilx ma' dawk ic-cirkostanzita' stat li fosthom hemm uhud imsemmija fl-artikolu 80(2) tal-Kodici Civili. Il-wild (jew min jagixxi f'ismu) jehtieglu juri biss dan in-nuqqas ta' konformita' bejn l-istat legittimu muri fl-Att tat-Twelid u l-pussess ta' stat differenti: ma hemm l-ebda limitazzjoni ohra ghall-ezercizzju tal-azzjoni, bhalma japplika fil-kaz fejn terzi jattakkaw il-legittimita' ta' wild taht l-artikolu 77 tal-Kodici. Ghalhekk inghad ukoll li l-fatt li zewg l-omm ikun prezenti f'Malta u wkoll kien f'qaghda li jkollu relazzjonijiet mal-omm m'ghandux ikun ta' xkiel fit-tiftix li jsir biex jigi stabilit min hu l-missier naturali tal-wild.

Biex dan isehh, huwa mehtieg li jingiebu provi tajbin li juru li l-wild mhux bin zewg l-omm. Dawn il-provi jistghu jinstiltu minn cirkostanzi li jkunu sehhew kemm qabel, kemm waqt u wkoll wara t-twelid. Imma dawn il-provi jehtieg li jkunu precizi, konklussivi, u ta' min jorbot fuqhom, ladarba jolqtu ghal dejjem l-interessi tal-wild, l-izjed jekk dan ikun ghadu tahtl-eta' meta titmexxa l-kawza.

Minhabba li l-ligi tipprovdi li l-istqarrija wahedha tal-omm fis-sens li zewgha m'huwiex missier il-wild m'hix bizzejjed biex teskludi l-paternita' tar-ragel, jitnissel fl-omm interess li l-istat ta' wliedha jigi determinat gudizzjarjament fuq talba taghha, ukolljekk bil-ghan li wliedha ma jkunux suggetti ghal riskju li jigu strumentalizzati mill-missier legali f'xi waqt f'hajjithom. Dan l-interess huwa attwali u guridiku, fid-dawl tal-kwestjoni tal-kura u l-kustodja tal-wild.

Ghalkemm il-ligi ma tghidx espressament li l-wild jista' jressaq huwa nnifsu azzjoni bhal din fin-nuqqas ta' azzjoni minn zewg l-omm biex jikkontesta l-paternita', huwa mifhum li dan jista' jsir ukoll jekk zewg l-omm ma jqanqal xejn dwar il-paternita' dikjarata tal-wild fl-Att tat-Twelid.

Dan huwa gustifikat bil-htiega essenzjali li wild jinheles mid-dubji dwar l-istat tieghu, u jghodd ukoll ghall-kaz fejn l-azzjoni titressaq minn xihadd f'isem il-wild li ghad m'ghandux l-eta' li jista' jaghti kunsens.

Huwa minnu wkoll li f'xi kazijiet inghad li l-azzjoni ta' tiftix ta' paternita' naturali hu dritt esklussivament personali u subordinat ghar-rieda u l-kunsens tat-titolari, u li, b'mod partikolari mara (l-omm) mhix il-persuna legittima li tressaq kawza f'isem uliedha li twieldu minn relazzjoni li kellha ma' ragel iehor li mhux zewgha. Il-Qorti, qieset li dik il-linja ta' decizjonijiet ma kinitx mibnija fuq tifsira xierqa tal-ligi, imma fuq konsiderazzjonijiet ta' natura morali marbutin sfiq mal-epoka li fiha nghataw. Meta llum il-gurnata l-enfasi huwa izjed fuq il-jedd ta' persuna li tkun taf sewwa min hi u x'inhuma l-origini taghha, u meta d-distinzjoni (jekk mhux ukoll l-istigma) bejn wild "legittimu" u wild "illegittimu" qeghda titlef kulma jmur in-niggieza taghha, il-Qorti tasal biex tghid li jidher izjed xieraq li l-istat ta' wild ikun determinat u stabilit mill-aktar kmieni milli aktar tard fil-hajja ta' dak li jkun. Fid-dinja li qeghdin nghixu fiha, fejn l-iskedar u t-taghrif dwar bniedem sar haga wahda ma' kull pass li jrid jaghmel fil-hajja, il-verita' dwar l-istat ta' persuna jisboq kull bizgha dwar l-"ittimbrar" taghha bit-"tikketta tal-illegittimita'". Huwa ghalhekk li jaqa' d-dmir li l-provi li jitressqu biex jistabikixxu l-istat mhux konformi mal-Att tat-Twelid iridu jkunu serji u sodi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info