Referenza: 356/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
TABONE CARMEL ET vs TABONE DAVID
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, AGGRAVJU IBBAZAT FUQ PUNT MHUX TRATTAT IN PRIM` ISTANZA - LOKAZZJONI, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
Il-kwistjoni ta' dritt li fuqha jigi bazat l-appell trid tkun kwistjoni li ffurmat kontroversja quddiem l-ewwel Qorti bejn il-partijiet u giet deciza bis-sentenza appellata; u ghalhekk fl-appell ma jistghux jingiebu motivi ta' aggravji li ma gewx dedotti quddiem l-ewwel Qorti; ghax la ma gewx hemm dedotti, ma hemmx decizjoni fuqhom.

Il-Qorti ta` l-Appell hija qorti ta' revizjoni u ghalhekkhija prekluza milli tindaga dwar, u tindirizza, elementi godda li ma jirrizultawx fil-prima istanzau li konsegwentement ma hemm ebda decizjoni dwarhom. Dana mhux biss inkwantu tali ndagini tkun tinnecessita is-smigh ta' provi godda fuq il-kwistjoni gdida sollevata fir-rikors tal-appell, liema provima jirrizultawx fil-process, izda wkoll billi b'kull decizjoni f'dan li stadju fuq materja gdida lima kienitx mertu tas-sentenza appellata jigi lez id-dritt tal-partijiet ghad-doppio esame. Dan id-dritt jigi nieqes kemm-il darba din il-Qorti kellha tindirizza l-aggravju kif prospettat fir-rikors ta' l-appell li ma ghandu x'jaqsam xejn ma' dak li gie diskuss quddiem l-ewwel qorti.

Il-kirita' haga hu kuntratt li bih wahda mill-partijiet tintrabat li taghti lill-ohra t-tgawdija ta' haga,ghal zmien miftiehem u b'kera miftiehem li din il-parti l-ohra tintrabat li thallas lilha.

Ftehim li bih tinghata t-tgawdija ta` fond izda li jeskludi hlas ta' kera jew kull kumpens iehor bhala korrispettiv ghall-istess okkupazzjoni jew li ma jistabilix perijodu ma jikkreax titolu ta` lokazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni