Reference: 1956/1999/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
DISTINCT CONVERSIONS LIMITED vs FASANELLI JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEZERZJONI, APPLIKAZZJONI GHALL-PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI - DEZERZJONI, BAZI TAL-ISTITUT TA` - DEZERZJONI, KAWZA GHANDHA TITQIEGHED FUQ IL-LISTA TAL-KAWZI SOSPIZI SABIEX EVENTWALMENT ISSEHH ID-DEZERZJONI - DEZERZJONI, MINN META GHANDU JIBDA` JINTGHADD IL-PERIJODU TA` SITT XHUR FIL-KAZ TA` PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI
Summary
Meta l-istitut tad-dezerzjoni ddahhal fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili dan kien originarjament intiz biex japplika biss ghal dawk il-kawzi mressqin bl-ghamla solenni, igifieri bil-procedura tal-libell. Fin-Noti dwar Procedura Civili (ara pag. 1450), il-Professur Caruana Galizia kiensahansitra tal-fehma li dan l-istitut lanqas kellu japplika ghall-kawzi istitwiti bil-procedura sommarja. Kull dubju li seta' baqa' dwar dan pero` tnehha meta fl-1995, in forza ta' diversi emendi ligew fis-sehh fil-ligi procedurali taghna, filwaqt li giet eliminata l-forma solenni tal-libelli u thalliet minflok dik sommarja per via ta' citazzjoni, l-istitut tad-dezerzjoni ma tnehhix ukoll.

L-istitut tad-dezerzjoni huwa mahsub biex jippenalizza lil dak l-attur (jew appellant) li ma jkunx qieghed imexxi bil-ghaqal il-procedura mibdija minnu, izda mhux mahsub la biex jorbot idejn il-Qorti fl-appuntament tal-kawzi u lanqas biex isawwat lill-attur (jew appellant, skond il-kaz) minhabbahtigijiet amministrattivi tal-Qorti.

Issa, fil-qaghda procedurali li tapplika bhalissa, peress li citazzjoni ma tistax tigi notifikata lill-imharrek qabel ma tkun inharget b'ordni mill-Qorti, l-attur ma jistax jigi kkastigat ghaz-zmien li jkun ghadda bejn meta jkun ressaq l-Att tac-Citazzjoniu meta dan ikun inhareg b'ordni tal-Qorti u jkun iffissat il-jum ta' l-ewwel smiegh.

F'materja ta' dezerzjoni - bhal f'kull materja ohra procedurali li b'xi mod tincidi fuq il-validita` ta' l-atti u proceduri - il-ligi ghandha tigi interpretata b'mod ristrett u b'mod li, sa fejn hu possibblili legalment hekk isir, jigu salvati l-atti jew il-proceduri.

Ghalhekk l-espressjoni "ghandha titqies" fl-Artikolu 963(5)(a) ma tistax tinghata interpretazzjoni aktar wiesa' minn dik moghtijamill-legislatur. Kawza quddiem qorti ta' l-ewwel grad li l-proceduri bil-miktub ma jigux maghluqafiz-zmien perentorju msemmi fis-subartikolu (1) ta' l-Artikolu 963, bhala x'hiex "ghandha titqies"?Ir-risposta hija cara: ghandha titqies bhala (i) kawza li tkun tqeghdet fuq il-lista' ta' kawzi ghas smigh, u (ii) bhala kawza li tkun, b'ordni tal-Qorti, thalliet sine die.

Sa hawnhekk biss twassal l-espressjoni "shall.be demmed to be".

Is-socjeta` appellanti argumentat li li talikawza "ghanda titqies" ukoll li tqeghdet fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 964(1) (lista tal-kawzi li jkunu thallew sine die jew xort'ohra imwaqqfin). Tali interpretazzjonima hix gustifikata. Il-legislatur kjarament ried li jkun hemm il-pubblicita` tal-lista msemmija fis-subartikoli (1), (2) u (3)ta' l-Artikolu 964 (bil-"pubblikazzjoni" ta' l-istess lista) qabel ma jkun hemm is-sanzjoni tad-dezerzjoni. Huwa veru li fil-prattika jista' jkun hemm certu diffikultajiet ghar-registratur sabiex isegwi l-kawzi kollha; pero` fil-verita` anqas kien obbligat li jsegwi il-kawzi, bhal dik in dizamina.Dak li kellu jsir f'din il-kawza kien li, jekk il-Prim Awla ma rieditx thalli l-kawza sine die kifappena ntebhet bit-trapass tas-sitt xhur, ghall-anqas tigbed l-attenzjoni tar-registratur ghal dak li jipprovdi l-Artikolu 963(5)(a) imsemmi, u r-registratur kien ikun, f'dak il-kaz, obbligat li jimxiskond il-ligi (billi jsemmi l-kawza fil-"Lista tal-kawzi sospizi fil-Qorti.").




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info