Reference: 577/1990/2

Judgement Details


Date
27/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
HARWOOD MALCOLM vs AQUILINA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATTUR, RESPONSABILITA` EX CONTRACTU - PERIT, RESPONSABILITA` EX CONTRACTU - PRESKRIZZJONI, DEKORRENZA F`KAZ TA` DANNI STRUTTURALI
Summary
Ma jistax ikun hemm dubju li perit li jigi nkarigat mill-kostruzzjoni ta' fond ghandu d-dmir li jassigura ruhu illi l-kostruzzjoni tal-bini lilu fdata, specjalment ghal dak li hi solidita` issir sewwau skond is-sengha; anzi principalment, skond il-ligi, dan id-dover jaqa' fuqu aktar milli fuq il-bennej; u huwa l-perit dak li jassumi quddiem l-awtorita` kompetenti r-responsabilita` tax-xoghol li tieghu jkun ser jiehu d-direzzjoni. Dover ghalhekk, formalment assunt u mpost mill-ligi, tal-perit,hu dak illi juza l-abilita` u d-diligenza mehtiega biex fl-ezekuzzjoni ta' dak il-bini xejn ma jsirli jista' jikkaguna perikolu jew hsara; huwa dmiru li jara li l-bennejja li jkunu ser jahdmu tahtu jkunu licenzjati, u anke jekk licenzjati, ghandu jidderiegi huwa nnifsu u jissorvelja x-xoghol, b'modli ma jhallix isiru operazzjonijiet kontra s-sengha u li jikkrejaw perikolu. Mhux bizzejjed ghall-perit li jistaqsi lill-bennej x'inhu jaghmel, imma ghandu jaccerta ruhu personalment u direttament x'ikun qed isir, u huwa responsabbli ghad-danni jekk l-ghemil tieghu juri negligenza.

In kwantu ghall-appaltatur, il-Qrati taghna irribadew il-principju illi l-appaltatur ghandu jezegwixxi x-xoghol lilu kommess fis-sens li huwa ghandu l-obbligu wkoll li jara li dan ix-xoghol ikun sejjer isir utilment u mhux b'mod li 'l quddiem juri difetti. F'kaz bhal dan hu ghandu mill-ewwel ma jaghmilx ix-xoghol jew ikollu jirrispondi ghad-difetti li jigru 'l quddiem.

Il-htija konsiderata fl-entita` guridika taghha hi wahda; u taht dan l-aspett m'hemmx distinzjoni bejn kolpa kuntrattwali u dik akwiljana. Id-differenza bejniethom tinsab fil-kawza (kontrattwali tippresupponi obbligazzjoni li maghha hi marbuta; l-akwiljana tippresupponi fatt li minnu titnissel ex nunc) u fil-grad (fil-kontrattwali wiehed jista' jirrispondi ta' culpa levis jew levissima; fl-akwiljana r-responsabilita` testindi ruhha b'mod li dwarha m'hemmx grad.)";

In tema ghas-suggett tal-preskrizzjoni jigi rilevatqabel xejn illi l-ligi u l-gurisprudenza jiddistingwu tliet xorta ta' danni, jigifieri dawk derivanti minn delitt veru u proprju (fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' l-azzjoni kriminali), dawk derivanti minn htija akwiljana (fejn il-preskrizzjoni hi dik ta' sentejn) u dawk derivanti minn inadempjenzakontrattwali (fejn il-preskrizzjoni hija dik ta' hames snin).

F'kaz ta' appalt, l-addebitu li l-appaltant jaghmel lill-appaltatur li huwa responsabbli ghad-danni minhabba ezekuzzjoni hazina ta' l-appalt jikkostitwixxi addebitu ta' kolpa kontrattwali, u ma fihx karattru delittwuz jew kolpuz,u ghalhekk l-preskrizzjoni applikabbli kontra l-azzjoni ghal dawk id-danni hija dik ta' hames snin.

Fil-kaz ta` danni strutturali il-preskrizzjoni ma tibdiex tiddekorri minn meta l-attur isir jaf bil-hsara izda minn meta ssehh il-hsara indipendentement mill-konsapevolezza ta` l-attur.

Ghandu jkun manifest illi l-vjolazzjoni ta' dritt kien fatt storiku oggettiv li jezisti indipendentement minn jekk id-danneggjat ikunx jew le konsapevoli tad-dannu li tali fatt illecitu kien qed jarrekalu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info