Referenza: 146/1992/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MONTEBELLO ANGELO vs MIFSUD GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACCESSJONI, BUONA FEDE - ACCESSJONI, ELEMENTI TA` - ACCESSJONI, META T-TERZ POSSESSUR JIGI AVZAT LI L-ART MHIX TIEGHU
Fil-Qosor
Meta l-haga tittiehed minn taht idejn sidha, min iwettaq dan l-att jista' jkun jew in bona fede jewin mala fede. Il-ligi tiddefinixxi l-possessuri ta' bona fidi u ta' mala fidi fl-Artikolu 531(1) u(2) tal-Kodici Civili u tghid illi fl-ewwel kategorija jidhlu l-persuni li ghal ragunijiet li ghandhom mis-sewwa jahsbu li l-haga li jipposjedu hi taghhom, mentri fil-tieni klassi ta' possessuri jikkonfiguraw dawk li jew jafu, jew minhabba c-cirkostanzi ghandhom jahsbu li l-haga li jipposjedu hi ta'haddiehor;

Dejjem skond il-ligi taghna l-bona fidi hi prezunta mentri huwa dmir ta' l-atturli jallega l-mala fidi li hu fl-obbligu li jipprovaha (Artikolu 532, Kap. 16).

Dak li l-ligi taghna tirrikjedi biex il-pussess ikun ta' buona fede huwa illi l-possessur ikun ghal motivi verosimili jahseb li l-haga li jipposjedi hi tieghu; u dan l-istat ta' mohh fil-possessur hu prezunt sakemm min jallega n-nuqqas ta' buona fede jew il-mala fede ma jwaqqax dik il-presunzjoni.

Jekk it-terz possessur waqt li kien qed jibni, jigi avzat u diffidat li l-art mhix tieghu, u ntant hu jkompli jibni, hu mhux tenut jiddemolixxi u jnehhi dak li ghamel wara d-diffida jekk ix-xoghlijiet li ghamel wara d-diffida jkunu fil-kaz partikolari taghhom accessorji ta' dawk li kienu tlestew qabel, ukienu utili, jekk mhux mehtiega, ghall-istess konservazzjoni taghhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni