Reference: 633/1992/1

Judgement Details


Date
20/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BONNICI PATRI GULJU NOE vs MIFSUD RAYMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, INKWILIN JISTA` JITLOB ZGUMBRAMENT TA` TERZ MILL-FOND LOKAT - LOKAZZJONI, RAPPORT BEJN IS-SID U S-SUB-INKWILIN - LOKAZZJONI, TITOLU TA` SULLOKAZZJONI JINTEMM FLIMKIEN MAT-TITOLU TA` INKWILINAT LI MINNU JIDDERIVA - PRESKRIZZJONI, DETENTUR MA JISTAX JINVOKA L-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BLA TITOLU
Summary
Min jakkwista l-inkwilinat ta' fond ghandu azzjoni diretta biex jizgombra lil min ikun qed jokkupa dak il-fond bla titolu. Dan japplika wkoll fil-kaz ta' inkwilin kontra l-inkwilin anterjuri li jkun gie kongedat. L-anqas huwa mehtieg l-intervent jew il-kjamata fil-kawza tas-sid kemm-il darba hu ma jkun ghamel xejn biex jostakola jew inaqqas id-drittijiet derivanti lill-inkwilin mill-kuntratt ta` lokazzjoni, izda anzi jkompli jsostnih fil-pretensjoni kontra l-inkwilin precedenti.

Fil-kaz ta' sub-inkwilinat ma jinholoqx inkwilin gdid imma sub-affittarju li r-relazzjoni tieghu jkun mal-inkwilin u mhux mas-sid.

La darba jispicca t-titolu ta' inkwilin jispicca wkoll it-titolu derivattiv bhala subinkwilin mhux rikonoxxut mis-sid. Dan in omagg ghal principju "cessante jure dantis cessat jus adquirentis".

Anke kieku s-sid kien ippermetta s-sullokazzjoni dan xorta wahda ma jbiddel xejn ghaliex anke fejn moghtija espressament il-fakolta' fil-ftehim tal-kirja, is-sullokazzjoni ma tohloq ebda relazzjoni bejn sid il-kera u s-sub-kondottur, u bl-ebda mod ma tbiddel jew taffettwa l-kundizzjonijiet tal-lokazzjoni bejn is-sid u l-kerrej.

L-inkwilinat mhux "pussess" izdamera "detenzjoni", u kif irid l-Art. 2118 tal-Kodici Civili, dwar il-"kawzi li jimpedixxu l-preskrizzjoni" hemm annoverati "dawk li jzommu l-haga f'isem haddiehor" bhal ma huma proprju l-kerrejja, fost dawk l-ohrajn "li ma jzommux il-haga bhala taghhom infushom".

Meta okkupazzjoni tkun wahdabla kunsens, abuziva u b'arbitriju tali okkupazzjoni taqa` fit-tifsira guridika tal-kliem "bla titolu".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info