Referenza: 20/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/01/2003
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
JOSEPH HILI MAGHRUF BHALA NADIA HILI vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, KORREZZJONIJIET FIC-CERTIFIKAT TAT-TWELID WARA BDIL TA` SESS PERMEZZ TA` INTERVENT KIRURGIKU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ZWIEG BEJN PERSUNI TA` L-ISTESS SESS
Fil-Qosor
Sabiex tirnexxi azzjoni kostituzzjonali ghal tibdil fic-certifikat tat-twelid intentata minn persunatransesswali huma mehtiega zewg elementi: (a) il-genwinita` tar-rikorrent; u (b) bidla irreversibbli u cioe' li l-persuna involuta ma tkunx tista' terga tassumi s-sess originali taghha.

Il-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-Bnieden fis-sentenza ta' "Goodwin vs United Kingdom", decisa fil-11 ta' Lulju, 2002, irrikonoxxiet li persuna transesswali ghandha dritt tizzewweg kif protett bl-Artikolu12 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Madanakollu il-Prim' Awla tal-Qorti Civili, f'din il-kawza, irrifjutat dan ir-ragunament u qieset li l-kuncett tradizzjonali ta` zwieg kien dak klassiku bejn persuni ta` sess oppost u kien jeskludi l-possibilita` li persuna tizzewweg persuna tal-istess sess anki jekk tali persuna tkun issottoponiet lilha innifisha ghal "gender reassignment surgery". Il-Qorti qieset li d-dritt fondamentali moghti mill-Ligi kien jikkontempla biss iz-zwieg klassiku bejn ragel u mara u li ma kienx possibbli li jinholoq dritt "gdid" li jaghti l-possibilita` lill-persuna transesswali li tizzewweg persuna tal-istess sess.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni