Referenza: 408/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BALDACCHINO FRANCIS ET vs DEBONO GEORGE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT TA` PROPRJETA`, FTEHIM DWAR DRITTIJIET REALI JRID JIRRIZULTA MINN ATT PUBBLIKU - SERVITU` PERSONALI, NATURA TA` - SERVITU`, AKKWISIZZJONI TA` DRITT TA` PASSAGG BIS-SAHHA TAL-PRESKRIZZJONI - SERVITU`, DRITT TA` PASSAGG F`KAZ TA` FOND LI JSIR MAGHLUQ MINN KULL NAHA WARA BEJGH, PERMUTA JEW DIVIZJONI - SERVITU`, KIF JIGI AKKWISTAT DRITT TA` PASSAGG
Fil-Qosor
Servitu` ta' passagg irid jirrizulta minn kuntratt pubbliku u mhux minn xi arrangament verbali li seta' sar bejn il-partijiet.

Skond il-ligi, ftehim fuq drittijiet reali, bhal ma huma servitujiet, iridu jirrizultaw minn kuntratt pubbliku. Kull ftehim jehtieg kunsens tal-partijiet biex ikun validu, u dak il-kunsens irid ikun manifestat fil-forma li trid il-ligi; f'dan il-kaz, il-ligi trid li l-kunsens jintwera f'forma solenni, u jekk din ma tirrizultax, ma jista jirrizulta ebda ftehim vinkolanti.

Independentement minn dak li jista jirizulta bhala ftehim jew arrangament, fuq kollox jipprevali dak li effitivament jitnizzel fuq l-iskrittura. Dan il-principju ghandu jghodd b'aktarforza meta l-ftehim ikun jirrizulta minn kuntratt pubbliku u kwalunkwe "arrangamenti" li setghu waslu ghalih il-partijiet dwar access, ma jiswiex bhala servitu` jekk ma jitnizzilx fil-kuntratt.

Is-servitu` ta' passagg hija servitu` mhix kontinwa (artikolu 455(3) tal-Kodici Civili), u ghalhekk, skond l-artikolu 469(1) tal-istess Kodici Civili, dawn it-tip ta' servitujiet "jistghu biss jigustabbiliti b'sahha ta' titolu". Huma ma jistghux, ikompli jghid dak l-artikolu, "jigu stabbiliti bil-preskrizzjoni jew bid-distinazzjoni ta' sid ta' zewg fondi". L-uzu tal-passagg ghal zmien twil majistghax jghati lok ghal-ebda servitu`.

L-artikolu 469 (2) jipprovdi, pero`, li "is-servitu`ta' moghdija ghall-uzu ta' fond tista tinkiteb bil-preskrizzjoni ta' tlettin sena, jekk dan il-fondma jkollux hrug iehor fuq it-triq pubblika".

Il-bzonn ta' access minn fuq art ta' haddiehor trid, pero`, tirrizulta minn cirkustanzi li jkunu independenti mill-volonta` ta' min qed jirreklama dak id-dritt; proprjetarju ma jistax, hu stess, johloq sitwazzjoni fejn ikollu bzonn access minn fuql-art tal-vicin, u mbaghad jinsisti li l-vicin jikoncedilu dak id-dritt.

Biex l-interkjuzurata' fond taghti lok ghall-moghdija fuq il-fondi vicini, hemm bzonn li dik l-interjuzura tkun l-effett ta' avveniment independenti mill-volonta tal-proprjetarju ta' dak il-fond: le parti non possono far subire al vicino le conseguenze di una interclusione che risulta dal loro fatto.

Apparti ius in re fil-forma ta` servitu`, jista' jinholoq dritt ta` passagg konsistenti f`obbligizzjoni personali u dan b`semplici ftehim verbali. Din l-obbligazzjoni trid tirrizulta cara u trid tirrizulta ukoll il-volonta` preciza ta' dak li qed jintrabat. Barra minn hekk, peress illi r-rabta hija biss wahda personali, din ma torbotx pussessur sussegwenti ghal min jikkoncedi tali dritt ta` passagg.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni