Reference: 1574/1997/1

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
HILI LAWRENCE vs HAYMAN LOUIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPOGG, LIEMA BINI JIKKOSTITWIXXI APPOGG - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, SPARTIZZJONI TA`
Summary
Huwa ben maghruf illi r-regola li l-parti sokkombenti tigi akkollata l-ispejjez gudizjarji mhiex norma ta' dritt talment tassattiv u inflessibbli li ma jippermettix varjazzjoni minnha.

Minn ezami tal-applikazzjoni dwarhom minn dawn il-Qrati nsibu li jekk jirrizultaw motivi gusti l-ispejjes jistghu jigu ghal kollox jew in parti kompensati, per ezempju, minghajr taxxa jew ripartiti f'xi proporzjon ohra.

Jezistu addirittura sitwazzjonijiet fejn il-parti proceduralment vincitrici tehell-ispejjez kollha.

Li r-regola mhiex wahda rigoruza li l-Qrati ghandhom ta' bilfors juniformaw ruhhom maghha gie sahansitra ravvizat f'kawza ta' divizjoni fejn normalment tezisti l-prattika lil-ispejjez tal-kawza jigu sopportati bejn il-kontendenti fil-proporzjon tal-interess rispettiv taghhom.

Ma tezisti l-ebda regola fissa. Il-konkluzjoni ghandha tkun dik li ghandhom jigu kunsidrati c-cirkostanzi partikolari ta' kull kaz.

Biex jinghata d-dritt ta' l-appogg jehtieg, fostkazi ohra, li jitpogga "bini" ma' hajt komuni; u l-kelma "bini" ma tfissirx biss edificcju jew xi kostruzzjoni ohra tal-gebel u ta' natura permanenti, imma tikkomprendi wkoll kwalunkwe kostruzzjoni msaqqfa li kapaci taghti protezzjoni jew kenn. Kwalunkwe kostruzzjoni jew fabbrika, anke temporanja umovibbli, hi inkluza fil-kelma "bini" ghall-finijiet tad-dritt tal-appogg.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info